Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop għal 19-il familja

pr240249
Date Icon 16/02/2024

F'Ħal Kirkop, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, inawgura binja oħra ta' akkomodazzjoni soċjali li se jibbenefikaw minnha 19-il familja. Dan il-proġett sar b'investiment ta' aktar minn €2.6 miljun.

Il-Ministru Roderick Galdes semma li dan il-proġett ta' akkomodazzjoni soċjali, imsemmi għal Joe 'Peppinu' Cassar, issa qed jingħaqad mal-kumplament tal-binjiet li fl-aħħar snin fetħu l-bibien tagħhom għall-familji l-iktar fil-bżonn.

“Fl-aħħar sentejn ftaħna aktar minn 160 appartament ta' akkomodazzjoni soċjali, f'sitt lokalitajiet differenti. Dawn il-binjiet ifissru li mijiet ta' persuni ingħataw l-opportunità li jibdew il-futur tagħhom taħt saqaf diċenti u dinjituż, minkejja ċ-ċirkostanzi," sostna l-Ministru Galdes.

Il-Ministru Galdes temm jgħid li l-gvern impenjat li jkompli jwettaq aktar proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali li jmorru id f'id man-numru ta' skemi li fl-aħħar snin l-Awtorità tad-Djar nediet u kompliet issaħħaħ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop għal 19-il familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop għal 19-il familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inawgurat il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop għal 19-il familja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow