Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jinfetħu żewġ skemi mmirati għall-għaqdiet volontarji u dawk sportivi f’Għawdex

pr240247
Date Icon 16/02/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda żewġ skemi għas-settur tal-għaqdiet volontarji u dawk sportivi f'Għawdex, il-Gozo NGO Scheme u l-Promotion of Sports Initiatives and Facilities Scheme, b'valur totali ta' kważi €200,000 sabiex tingħata għajnuna finanzjara lil dawk l-għaqdiet li jaħdmu fil-komunitajiet f'Għawdex.

“Il-Gozo NGO Scheme hija mmirata għall-għaqdiet volontarji b'inizjattivi u proġetti żgħar fil-qasam kulturali, soċjali u ambjentali f'Għawdex. Dan filwaqt li Promotion of Sports Initiatives and Facilities Scheme hija indirizzata għall-għaqdiet volontarji sportivi f'Għawdex sabiex isir titjib tal-faċilitajiet sportivi u biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-attività fiżika," spjega l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru Camilleri kompla jispjega li l-Għaqdiet Volontarji u Sportivi li japplikaw u jilħqu l-kriterji se jingħataw sa massimu ta' €5,000 sabiex ikunu jistgħu iwettqu proġetti żgħar li tgawdi minnhom il-komunità Għawdxija, kif ukoll jimxu 'l quddiem fil-ħidma tagħhom.

Għal aktar informazzjoni u biex wieħed japplika għall-Gozo NGO Scheme jista' jidħol fuq https://vofunding.org.mt/funds/154  u għall-Promotion of Sports Initiatives and Facilities Scheme fuq  https://mgozservices.gov.mt/eforms/frontEnd/?form=sportscheme2024

L-applikazzjonijiet fetħu llum il-Ġimgħa 16 ta' Frar u se jagħlqu l-Ġimgħa 15 ta' Marzu 2024 f'nofsinhar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jinfetħu żewġ skemi mmirati għall-għaqdiet volontarji u dawk sportivi f’Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow