Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jitnieda l-Aquaculture Fund – Fond li se jiffinanzja inizjattivi li jsaħħu l-ambjent marittimu

pr240232
Date Icon 14/02/2024

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said nediet l-Aquaculture Fund. Dan il-fond se jiffinanzja inizjattivi li jipproteġu l-ambjent marittimu kif ukoll inaqqsu l-potenzjal ta' ħsara ambjentali li jkunu marbutin direttament jew indirettament mas-settur tal-akwakultura.

Dan il-Fond se jkompli jippromwovi s-sostenibbiltà tas-settur tal-Akwakultura filwaqt li jħares ir-riżorsi marittimi, u huwa mmirat lejn entitajiet pubbliċi, studenti, kif ukoll għaqdiet volontarji, li bil-proġetti tagħhom ikomplu jħallu impatt pożittiv fuq dan is-settur. Permezz ta' dan il-fond se jinħolqu wkoll aktar opportunitajiet ġodda ta' investiment f'dan is-settur.

Is-Segretarju Parlamentari saħqet li bit-tnedija tal-Aquaculture Fund qed ikomplu jimbuttaw 'il quddiem is-settur tal-akwakultura li qed jagħti kontribut siewi lill-ekonomija Maltija - kemm mill-bejgħ lill-konsumaturi lokali u barranin, kif ukoll mill-lat ta' impjiegi ġodda li qiegħed joffri liż-żgħażagħ u lir-riċerkaturi lokali.

Hija spjegat li din l-iskema ser tiġi ffinanzjata mill-ġbir tal-liċenzji annwali li l-operaturi tal-fishfarms lokali preżentament iħallsu. B'hekk, l-investiment marbut ma' dan il-fond ser ikun wieħed ċirkulari kemm mil-lat ambjentali, kif ukoll mil-lat ekonomiku.

“Permezz ta' dan il-fond se nkomplu nindirizzaw numru ta' sfidi ambjentali. Irridu nsaħħu u nipproteġu l-ambjent marittimu sabiex jibqa' jitgawda wkoll fil-ġejjieni. Dan il-fond ser ikompli jixpruna avvanzi ġodda u jħeġġeġ għal aktar innovazzjoni, riċerka, u t-tisħiħ tal-għarfien fuq ir-riżorsi marittimi eżistenti, u kif nistgħu nilħqu s-sostenibbiltà tagħhom. Fl-aħħar nett, hija opportunità biex insaħħu is-sostenibbiltà ekonomika ta' dan is-settur, u nibqgħu noffru opportunitajiet ġodda ta' tkabbir, u ta' impjiegi ta' kwalità," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

L-applikazzjoni tista' tinkiseb hawn. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu bejn id-29 u l-31 ta' Mejju 2024.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jitnieda l-Aquaculture Fund – Fond li se jiffinanzja inizjattivi li jsaħħu l-ambjent marittimu
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow