Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reviżjoni tar-reġistri elettorali

PR240225
Date Icon 14/02/2024

Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jgħarraf li d-data tal-għeluq għar-Reġistri Elettorali għall-Elezzjonijiet Ġenerali, għall-Kunsilli Lokali u għall-Unjoni Ewropea riveduti li jmisshom ikunu ppubblikati f'April hija l-31 ta' Marzu, 2024.

Il-persuni kollha ta' nazzjonalità Maltija u tal-Unjoni Ewropea li għandhom 16-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f'Ottubru 2023, u li għadhom ma applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, għandhom japplikaw kemm-il darba jkollhom il-kwalifiki neċessarji. Ċittadini Brittaniċi huma eleġibbli li jkunu reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali biss.

Huwa fl-interess tal-votanti rreġistrati li jivverifikaw li l-partikolaritajiet personali tagħhom kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ta' Ottubru 2023 huma korretti. Għandhom ukoll jaraw li l-isem jew in-numru tad-dar, l-isem tat-triq kif ukoll in-numru tal-karta tal-identità tagħhom jidhru sewwa fl-imsemmijin Reġistri.

Il-votanti rreġistrati għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b'kull tibdil/korrezzjoni li jkunu meħtieġa.  Dawk il-persuni li jixtiequ japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew għal tibdil/korrezzjoni fir-Reġistru Elettorali, għandhom jagħmlu hekk billi japplikaw simultanjament għall-karta tal-identità fl-Uffiċċju tal-ID Cards għaċ-ċittadini Maltin u Residence Cards għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Brittaniċi. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq il-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni “MISTOQSIJIET".

L-applikazzjonijiet kollha taċ-ċittadini Maltin iridu jaslu għand Identity Malta Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda jew 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, u għal dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Brittaniċi l-applikazzjonjiet iridu jaslu għand il-Unit tal-Espatrijati, Castagna Building, Triq il-Wied, L-Imsida jew Residence Card Unit, Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, SA MHUX AKTAR TARD MILL-31 TA' MARZU, 2024.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow