Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA BEJN FESTIVALS MALTA U MALTA PUBLIC TRANSPORT

pr240213
Date Icon 09/02/2024

Sabiex il-karrijiet ikunu protetti minn kull element u sabiex jitgawda l-Karnival fil-jiem li ġejjin, ġie maqbul li l-karrijiet jiġu pparkjati fid-ditch ta' San Ġakbu minflok fuq il-Fosos tal-Floriana.

Għaldaqstant bi qbil mal-parteċipanti tal-Karnival, Malta Public Transport u l-entitajiet governattivi, ser ikun qiegħed jinbidel b'mod temporanju l-post tat-terminus Żona B u Ċ. Din il-bidla ser tidħol fis-seħħ mis-Sibt 10 ta' Frar sat-Tlieta 13 ta' Frar sas-6 ta' filgħaxija.

Iż-żoni tat-terminus ser jiġu trasferiti għal Triq San Publiju għal Żona B u Triq Sarria għal Żona Ċ.

Żoni tat-Terminus:

Żona B: Triq San Publiju       Żona Ċ: Triq Sarria

Waqt dan il-perjodu, ser jiġu affettwati dawn ir-rotot tal-Karnival:

Żona B:

B3: Rotot 21, 22, X4

B4: Rotot 24, 25, 32, 35

B5: Rotot 31, 45, 48

B6: Rotot 41, 42, 49, 250

B7: Rotot 44, 47, 238

B8: Rotot 43, 46, 260

Żona Ċ:

C1: Rotot 50, 58A, 58

C2: Rotot 51, 52, 53

C3: Rotot 54, 56

C4: Rotot 61

C5: Rotot 62

C6: Rotot 63, 64

Malta Public Transport tirrakkomanda lil kull min juża t-trasport pubbliku biex jieħdu nota ta' dawn it-tibdiliet temporanji u biex jippjanaw il-vjaġġ tagħhom sew minn qabel. Dawn is-servizzi ser jerġgħu jkomplu b'mod normali wara s-6 ta' filgħaxija nhar it-Tlieta 13 ta' Frar. Il-kooperazzjoni tal-pubbliku tul dan il-perjodu hija apprezzata.

Festivals Malta tirringrazzja lil Malta Public Transport, il-Korp tal-Pulizija, lil Transport Malta, LESA u l-Kunsill Lokali tal-Floriana li lkoll flimkien ingħaqdu biex tinstab l-aħjar soluzzjoni sabiex possibbilment f'kull ħin il-karrijiet tal-Karnival ikunu protetti matul il-jiem tal-Karnival.

Għal aktar informazzjoni u l-aħħar tibdiliet wieħed għandu jżur www.publictransport.com.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow