Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima ġiet milqugħa bħala tragward importanti ta’ pajjiżna fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika

PR240207
Date Icon 09/02/2024

It-twaqqif tal-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima ntlaqgħet mill-esperti dwar il-klima bħala żvilupp importanti fit-tranżizzjoni ta' pajjiżna lejn ekonomija dekarbonizzata, li tmexxi l-pajjiż lejn it-trasformazzjoni soċjali, ekonomika u ambjentali tiegħu.

Bħalissa l-Parlament qed jiddiskuti l-Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima, li se tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u r-regolazzjoni tal-azzjoni dwar il-klima. Din l-Awtorità se tkun qed tiżgura sforzi effettivi, ekonomikament effiċjenti u konsistenti lejn l-adattament u l-mitigazzjoni tal-klima.

Dan ġie diskuss waqt laqgħa li saret mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli flimkien mal-Prof Simone Borg, Ambaxxatur għall-Azzjoni dwar il-Klima, il-bijologu marittimu Prof Alan Deidun, l-akkademiċi Dr Jonathan Spiteri u Dr Stefano Moncada u David Xuereb, Chairperson tal-MCESD.

“It-twaqqif tal-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima ma għandhiex tidher bħala mod ta' kif nilħqu l-aspettattivi esterni, bħal dawk tal-UE. Iżda hija opportunità biex intejbu r-reżiljenza sojċoekonomika tagħna u l-kompetittività globali," qalet il-Ministru Miriam Dalli fil-kummenti introduttorji tagħha.

Matul id-diskussjoni, il-grupp qabel li t-tibdil fil-klima għandha tiġi indirizzata mhux biss billi nimmitigaw ir-riskji iżda li jiġu esplorati opportunitajiet li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà u l-ekonomija tagħna. L-Awtorità ġiet rikonoxxuta bħala rwol ċentrali li tispjega dawn l-opportunitajiet, b'diskussjoni fuq riskji involuti, kemm dawk fl-immedjat u anke fit-tul, u b'aċċenn lejn il-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku u soċjali.

Ġie enfasizzat li għandu jkun hemm approċċ komprensiv li jinvolvi lill-gvern kollu, u li jkun hemm djalogu soċjali biex jappoġġja din it-trasformazzjoni. L-esperti preżenti qalu li dan jista' jintlaħaq billi jkunu involuti l-partijiet interessati kollha, inkluż l-edukazzjoni tat-tfal u t-taħriġ tal-għalliema.

Il-grupp enfasizza wkoll li kemm l-istrateġiji ta' mitigazzjoni kif ukoll ta' adattament huma importanti, li jwassal għal opportunitajiet ta' żvilupp sostenibbli. “Billi nindirizzaw l-azzjoni tal-klima mhux biss jwassal għal titjib ekonomiku imma wkoll investiment f'alternattivi sostenibbli," qalet il-Ministru Dalli.

Waqt il-laqgħa ġiet enfasizzata wkoll il-ħtieġa għal approċċ proattiv u komprensiv għall-azzjoni klimatika, wieħed li jqis id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali flimkien.

Il-grupp qabel li l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima tirrappreżenta opportunità biex l-iżvilupp jitħaddem pari passu mal-adattament għall-klima u l-istrateġiji ta' mitigazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat t-tkabbir ekonomiku u l-benesseri soċjali quddiem l-isfidi klimatiċi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima ġiet milqugħa bħala tragward importanti ta’ pajjiżna fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima ġiet milqugħa bħala tragward importanti ta’ pajjiżna fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima ġiet milqugħa bħala tragward importanti ta’ pajjiżna fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

Aktar Stqarrijiet Right arrow