Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Imħabbar il-pjan ta’ mobilità attiva fuq livell nazzjonali

pr230593
Date Icon 25/04/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia u l-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta Ivan Falzon ħabbru pjan ta' mobilità attiva aktar sigura madwar Malta.

L-iskop ta' dan il-pjan, li jinkludi investiment infrastrutturali sinifikanti b'mod partikolari f'żoni urbani, huwa li jipprovdi għażliet aħjar għal min jivvjaġġa biex tingħata prijorità lill-mobilità attiva.

Il-pjan jinkludi fih rotot ġodda li mhux biss se jgħaqqdu l-postijiet, iżda se joffru wkoll il-possibbiltà li jintgħażlu modi differenti ta' trasport. Dan għaliex se jkollhom konnettività aħjar u aċċess aħjar għat-trasport pubbliku u hubs ġodda ta' mobilità. Dan se jsir billi tiġi adottata infrastruttura li tkun xierqa u sigura għall-utenti, filwaqt li wieħed jingħata ċ-ċans li jagħżel l-aktar konnessjonijiet li jkunu diretti u kontinwi.

Ir-rotot għandhom l-iskop ukoll li jgħaqqdu spazji ħodor ma' żoni meqjusa traffikużi sabiex l-esperjenza tkun waħda aħjar. B'dan il-mod se jkomplu jtejbu l-ispazji urbani u joħolqu postijiet pubbliċi li jista' jgawdi kulħadd.

Ġie spjegat ukoll li l-ewwel fażi ta' dan il-pjan se jiffoka fuq il-konnessjonijiet bejn Sa Maison, il-Belt Valletta u s-Sea Terminal tal-Passiġġieri li jkopru tul ta' 3km. Din iż-żona tinkludi konnessjonijiet importanti bħall-Belt Valletta, il-periferija tal-Ħamrun u s-Sea Terminal tal-Passiġġieri.

Il-Ministru Aaron Farrugia tenna l-importanza ta' dawn ir-rotot ta' mobbiltà attiva u l-mod kif dan il-pjan se jkun qiegħed jindirizza l-bidla tant meħtieġa fil-mobilità f'pajjiżna.

“Permezz ta' dan il-pjan, li se jsir b'investiment totali ta' €35 miljun, qed noffru lin-nies alternattivi realistiċi għall-vetturi privati tagħhom. Rotot siguri, b'infrastruttura adekwata biex in-nies jagħmlu użu minn modi alternattivi ta' trasport. Permezz ta' dan il-pjan, qed infittxu li nindirizzaw bidla fil-mentalità u ngħinu lin-nies jifhmu li hemm alternattivi aħjar għall-vettura privata, u li qed noffru l-infrastruttura għalihom," ikkonkluda l-Ministru Farrugia.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm periti minn Daniel Scerri Periti u JP Architects. L-għaqdiet Rota u Bulletproof kienu preżenti wkoll.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Imħabbar il-pjan ta’ mobilità attiva fuq livell nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Imħabbar il-pjan ta’ mobilità attiva fuq livell nazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow