Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: jitnieda programm nazzjonali ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani

pr230592
Date Icon 25/04/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-Isptar San Vinċenz De Paul, tnieda programm nazzjonali ta' screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani. Għal din il-konferenza attenda l-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li l-glaucoma, id-dijabete fir-retina u l-katarretti huma l-aktar kawżi komuni li jwasslu għal problemi fil-vista tal-popolazzjoni Maltija. Dan filwaqt li r-riskju ta' dawn il-problemi jiżdied aktar ma persuna tikber fl-età, b'riżultat li tonqos il-kwalità tal-ħajja tal-persuna affettwata.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li ċ-Ċentru tal-Kura Ġerjatrika f'San Vinċenz de Paul se jibda joffri servizz ta' screening għal dawk il-persuni kollha li għandhom bejn 60 u 80 sena. Dan iċ-ċentru joffri aċċess faċli għall-membri tal-pubbliku li għandhom problemi ta' mobilità. Huwa tenna li permezz ta' dan l-iscreening ser jiżdied l-għarfien dwar l-importanza li jsiru testijiet regolari.

Il-ministru spjega wkoll li l-persuni li se jgawdu minn dan l-iscreening se jkunu qed jiġu ttestjati b'teknoloġiji apposta minn professjonisti mħarrġin. It-testijiet se jkunu qed jidentifikaw l-iktar tliet problemi komuni fil-vista tal-persuna li huma l-glaucoma, id-dijabete fir-retina u l-katarretti. Ir-riżultati jiġu eżaminati minn oftalmologu u l-pazjenti tintbagħtilhom ittra li tinfurmahom dwar ir-riżultat u jekk ikunx hemm bżonn ta' testijiet ulterjuri.

L-anzjani eliġibbli se jkunu qed jiġu notifikati skont il-lokalità fejn jgħixu b'rabta ma' dan il-proċess ta' screening. Pazjenti Għawdxin se jkunu mistiedna jipparteċipaw ukoll f'Għawdex stess. Dawk eliġibbli ma jridux ikunu qed jiġu segwiti diġà fil-kliniċi tal-oftalmoloġija tal-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, jew fi kliniċi tal-oftalmoloġija oħrajn tal-gvern matul dawn l-aħħar 18-il xahar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: jitnieda programm nazzjonali ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: jitnieda programm nazzjonali ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inwettqu Flimkien: jitnieda programm nazzjonali ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow