Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI: Inwettqu Flimkien: Inawgurata Cutting Room ġdida ġewwa l-Pixkerija

pr230589
Date Icon 24/04/2023

Ġie inawgurat investiment ġdid fil-Pixkerija, fejn ser ikun jista' jsir tqattigħ tal-ħut. Permezz ta' dan l-investiment, il-proċess ser ikun aktar effiċjenti u bl-aktar regoli għoljin ta' sanità. Dan l-investiment ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Food Agency Brian Vella.

Dan l-investiment huwa attrezzat b'tagħmir modern u skieken ġodda biex jintużaw mill-ħaddiema. Dan ser jassigura li l-proċess ta' tqattigħ tal-ħut isir f'konformità mal-ogħla livelli ta' iġjene, kif ukoll abbażi tar-regolamenti taħt l-Att dwar is-Servizzi Veterinarji.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said saħqet kif dan l-investiment ser jgħin lill-Malta Food Agency, l-aġenzija li tmexxi l-Pixkerija, biex tassigura l-ogħla kwalità fil-ħut li jinbiegħ lill-konsumaturi lokali, kif ukoll dawk internazzjonali.

“Grazzi għal dan l-investiment ġdid, qegħdin nilħqu l-istandards neċessarji biex nixprunaw aktar tkabbir u suċċess fis-setturi kollha lokali tas-sajd. Dan l-ispazju l-ġdid qiegħed isaħħaħ il-kompetittività tas-settur tas-sajd lokali, biex b'hekk nipproteġu l-għajxien ta' kull sajjied lokali ġewwa pajjiżna," saħqet is-Segretarju Parlamentari.

Hija spjegat kif matul is-sena 2022, il-Pixkerija rreġistrat bejgħ totali ta' 731 tunnellata ta' ħut, qabża ta' 71% fuq iċ-ċifra ekwivalenti matul is-sena preċedenti. Fl-istess perjodu, il-kontribut ekonomiku ta' dan il-bejgħ laħaq ċifra ta' €3.3 miljun matul is-sena li għaddiet, żieda ta' 25% minn dak tas-sena 2021.

Is-Segretarju Parlamentari tenniet kif din il-qabża fix-xiri ta' ħut ma kinitx biss riżultat ta' niċeċ ekonomiċi ġodda li nfetħu madwar id-dinja, fejn ammonti ta' ħut differenti kienu qegħdin jiġu esportati, iżda spjegat kif il-ħut huwa parti mill-platt tipiku tal-familji Maltin għaliex huwa wkoll sustanzjuż. “B'hekk, qegħdin inkomplu naċċertaw is-sostenibbiltà tal-produzzjoni lokali tal-ikel, kif ukoll innaqqsu l-emissjonijiet ambjentali għaliex qed innaqqsu d-dipendenza tagħna bħala pajjiż fuq l-importazzjoni tal-ikel barrani," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI: Inwettqu Flimkien: Inawgurata Cutting Room ġdida ġewwa l-Pixkerija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI: Inwettqu Flimkien: Inawgurata Cutting Room ġdida ġewwa l-Pixkerija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI: Inwettqu Flimkien: Inawgurata Cutting Room ġdida ġewwa l-Pixkerija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI: Inwettqu Flimkien: Inawgurata Cutting Room ġdida ġewwa l-Pixkerija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow