Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Inwettqu Flimkien: Inizjattiva ġdida li tgħin żgħażagħ b'diżabilità jaħdmu f'għaqdiet volontarji

pr230588
Date Icon 24/04/2023

Ġie ffirmat ftehim bejn l-Aġenzija Sapport u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat sabiex ikomplu jsaħħu l-ħidma ta' bejniethom.

Dan il-ftehim se jkun qed iżid il-kollaborazzjoni fuq inizjattiva ġdida taħt il-Youth Engage Scheme, li hija parti mill-Youth Volunteer Service tal-MCVS, fejn żgħażagħ b'diżabilità se jkunu jistgħu jtejbu l-prospetti tal-karriera tagħhom permezz ta' xogħol prattiku f'organizzazzjonijiet volontarji. Din l-inizjattiva tgħin ukoll sabiex iż-żgħażagħ parteċipanti jkunu inklużi u integrati fis-soċjetà u toffrilhom opportunitajiet sabiex jitgħallmu ħiliet ġodda.

Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li l-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Inklużjoni se tkompli toħloq aktar opportunitajiet għall-persuni b'diżabilità biex ikunu inklużi fil-komunità. Il-Ministru Farrugia Portelli saħqet li din l-inizjattiva tirrigwarda Objettiv 9 u 10 tal-Istrateġija Nazzjonali 2021-2030 għal Malta dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità fejn tisħaq fuq ħajja indipendenti fil-komunità u opportunitajiet ta' xogħol u impjieg għall-persuni b'diżabilità.

Oliver Scicluna, Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Sapport, irrefera għal din il-kollaborazzjoni bħala pass ieħor lejn l-implimentazzjoni tal-viżjoni tal-aġenzija li tkompli tkabbar l-opportunitajiet li jwasslu biex persuni b'diżabilità jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità. Dan il-ftehim se joffri possibilità ta' xogħol, f'dan il-każ ma' entitajiet volontarji, u spazju fejn persuni b'diżabilità li għandhom bżonn jakkwistaw ħidma fil-prattika fuq il-post tax-xogħol ser ikunu jistgħu jagħmlu dan.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandalo qal li, “Dan il-ftehim joħloq opportunità sabiex entitajiet differenti jikkollaboraw billi jgħaqqdu l-kompetenzi rispettivi tagħhom għall-benefiċċju tas-soċjetà. Għandek Aġenzija Sapport, li għandha l-polz tas-settur tagħha fil-qasam tad-diżabilità, qed tingħaqad magħna f'dan il-proġett fejn l-MCVS għandna numru ta' inizjattivi u kuntatt kontinwu mal-għaqdiet volontarji. B'dan il-ftehim allura se nkunu nistgħu nikkollaboraw u ntejbu s-servizzi rispettivi tagħna."

Preżenti għal dan l-iffirmar tal-ftehim kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Nancy Camilleri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR: Inwettqu Flimkien: Inizjattiva ġdida li tgħin żgħażagħ b'diżabilità jaħdmu f'għaqdiet volontarji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow