Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Project Green tiftaħ l-ewwel Green Open Campus f’Malta

pr230586
Date Icon 24/04/2023

Studenti jistgħu jaħdmu u jistudjaw fi spazju miftuħ ta’ madwar 7,400 metru kwadru permezz ta’ faċilitajiet ġodda fosthom wifi b’xejn u anki charging points. Dan wara ħidma li saret minn Project Green f’Milbrae Grove, biex issa l-istudenti jistgħu jgawdu mill-ewwel Green Open Campus, li jinsab bieb ma’ bieb mal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST, il-Mosta.

Il-Ministri Miriam Dalli u Clifton Grima flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta’ Project Green Steve Ellul,  enfasizzaw dwar l-importanza ta’ spazji miftuħa fejn l-istudenti jistgħu jistudjaw, b’benefiċċju  għas-saħħa mentali tal-istudenti u ż-żgħażagħ.

Dan il-Green Open Campus huwa mgħammar b’charging points għall-apparat elettroniku u hemm wifi pubbliku, biex kemm l-istudenti u anke l-pubbliku jkunu jistgħu jużaw dan l-ispazju miftuħ għall-istudju jew għall-ħidma tagħhom. Il-konnettività tal-internet hija b’xejn u aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli spjegat kif bħala parti minn dan il-proġett, ħames studenti mill-MCAST qed jikkollaboraw ma’ Project Green biex jiddisinjaw il-bankijiet f’dan il-ġnien, biex ikun aktar attraenti għaż-żgħażagħ u l-istudenti jħossu li l-ġnien huwa tagħhom. 

“B’inizjattiva wara l-oħra rridu nuru kif l-ispazji miftuħa għandhom użu differenti. Mhux biss biex jitgawdew matul ħin rikreattiv imma jistgħu jintużaw bħala spazju aktar rilassat fejn wieħed jista’ jistudja, jaqra’ jew jaħdem. Meta ninkorporaw l-ambjent fil-ħidma tagħna ta’ kuljum ngħinu biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna, b’impatt pożittiv fuq is-saħħa mentali,” qalet il-Ministru Miriam Dalli. 

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima tkellem dwar l-importanza tal-ispazji miftuħa u spazji ħodor fl-ambjent edukattiv. 

“Fil-proġetti kollha infrastrutturali tas-snin riċenti rajna li mhux biss nipprovdu l-aqwa ambjent edukattiv possibbli, imma li noħolqu wkoll spazji miftuħa u ħodor biex inħarsu l-benesseri tal-istudenti tagħna. Anki f’din l-Istituzzjoni Edukattiva għaddejjin proġetti kbar infrastrutturali biex l-MCAST inkomplu nagħtuh dehra li tixraq għaż-żmien tal-lum, b’ambjent modern u bi spazji adegwati li permezz tagħhom igawdu dawk kollha li jattendu f’din l-istituzzjoni,” qal il-Ministru Grima.

Il-Kap Eżekuttiv Steve Ellul qal li “Dan huwa proġett li sar b’kollaborazzjoni ma’ studenti li jistudjaw l-MCAST. Kull spazju miftuħ għandu t-tema tiegħu u dan huwa dedikat speċifikament għall-istudenti. Proġett miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ.”

Il-Green Open Campus ta’ Milbrae Grove jinkludi fih madwar 205 siġra li 155 siġra minnhom tħawlu bħala parti mill-inizjattiva ma’ Puttinu Cares. Kull siġra tissimbolizza donazzjoni ta’ €300 lil Puttinu Cares. Dan il-proġett se jkun qed iservi bħala eżempju għal proġetti simili li qed jiġu ppjanati għaż-żmien li ġej. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Project Green tiftaħ l-ewwel Green Open Campus f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Project Green tiftaħ l-ewwel Green Open Campus f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Project Green tiftaħ l-ewwel Green Open Campus f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Project Green tiftaħ l-ewwel Green Open Campus f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow