Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Għaqdiet volontarji u kunsilli lokali jibbenefikaw minn fondi Ewropej għal proġetti fix-Xlokk ta’ Malta

pr230580
Date Icon 23/04/2023

€175,000 se jitqassmu bejn 11-il għaqda volontarja u 2 kunsilli lokali biex iwettqu proġetti fil-komunitajiet lokali permezz tal-Programm LEADER. L-għan prinċipali ta’ dawn il-proġetti huwa li tingħata aktar importanza lill-identità rurali u kulturali tax-Xlokk ta’ Malta u jiġu pprovduti opportunitajiet sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja.   

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett kien preżenti għall-iffirmar bejn il-Fondazzjoni GAL Xlokk  u l-benefiċjarji.

Fost il-proġetti li se jwettqu hemm proġetti ta’ restawr, xiri t’instrumenti tal-mużika, apparat edukattiv sabiex jintuża mill-għaqdiet għat-tfal u għaż-żgħażagħ, rinnovar ta’ swali, kif ukoll investimenti innovattivi fit-teknoloġija sabiex tingħata aktar promozzjoni lil-lokalitajiet.

Matul l-aħħar ħames snin, GAL Xlokk amministra s-somma ta’ ftit aktar minn €2.2 miljun ta’ fondi Ewropej taħt il-programm ta’ żvilupp rurali. Fil-ġimgħat li ġejjin, ser ikun qed joħroġ skemi oħrajn sabiex ikunu jistgħu jitgawdew fil-komunità.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett tkellem dwar l-importanza ta’ dawn il-fondi li se jwasslu għal iktar investiment fis-settur kulturali u soċjali. “Huwa ta’ sodisfazzjon li nara aktar għaqdiet volontarji u kunsilli lokali jibbenefikaw minn aktar fondi Ewropej biex ikomplu jinvestu fil-komunitajiet lokali, fit-tradizzjonijiet tagħna u jsaħħu l-element kulturali f’pajjiżna,” tenna s-Segretarju Parlamentari Bonett.

Il-Manager ta’ Fondazzjoni GAL Xlokk Terence Camilleri qal li huwa ta’ sodisfazzjon li fl-aħħar snin raw aktar kunsilli lokali, għaqdiet volontarji u individwi jibbenefikaw mill-programm LEADER, bl-interess f’dan il-programm qed dejjem jikber. Qal li l-Fondazzjoni qed tħares lejn konsultazzjoni pubblika fix-xhur li ġejjin sabiex jinħarġu miżuri varji tal-programm LEADER li huwa parti mill-istrateġija ta’ żvilupp lokali taħt il-Pjan Strateġiku ta’ Politika Agrikola Komuni għas-snin li ġej.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Għaqdiet volontarji u kunsilli lokali jibbenefikaw minn fondi Ewropej għal proġetti fix-Xlokk ta’ Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Għaqdiet volontarji u kunsilli lokali jibbenefikaw minn fondi Ewropej għal proġetti fix-Xlokk ta’ Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Għaqdiet volontarji u kunsilli lokali jibbenefikaw minn fondi Ewropej għal proġetti fix-Xlokk ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow