Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: It-trail ta’ Dwejra Lines aktar aċċessibbli għat-trekkers grazzi għal xogħol minn Ambjent Malta

pr230577
Date Icon 22/04/2023

Ix-xogħol fuq id-Dwejra Lines huwa l-ewwel wieħed fost ix-xogħolijiet li se jsiru fuq kurituri ekoloġiċi biex Malta tiżviluppa trail nazzjonali

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli żaret ix-xogħolijiet minn Ambjent Malta biex id-Dwejra Lines, b'tul ta' 3.5 kilometru, issir aktar aċċessibbli għat-trekkers u l-pubbliku.

Dan ix-xogħol huwa parti mix-xogħolijiet li se jkunu qed isiru fuq trails differenti biex Malta tiżviluppa trail nazzjonali. Dwejra Lines tifforma parti minn trail ferm ikbar, il-Victoria Lines, li tibda minn Fomm ir-Riħ u taqsam lil Malta sa Pembroke.

Akkumpanjata minn Ambjent Malta u r-Ramblers Association, flimkien mal-Friends of the Victoria Lines u Trekking Malta, il-Ministru Miriam Dalli rat ix-xogħol li sar biex it-trail issir aktar aċċessibbli.

Ingram Bondin, President tar-Ramblers Association, spjega kif ix-xogħol ta' tindif li sar u tneħħija ta' ħaxix ħażin li kien qed jgħatti l-mogħdija, issa se jgħin lil viżitaturi jimxu din it-trail b'mod aktar sigur. Ambjent Malta fil-fatt se tkun qed timplimenta skeda regolari ta' tindif fis-soft areas.

Ambjent Malta neħħiet ammont sostanzjali ta' skart mormi illegalment u installat tabelli ta' gwida. Barra minn hekk, ġew impinġija wkoll blazes li huma marki magħrufa internazzjonalment mir-ramblers.

Biex il-post jitgawda wkoll mill-familji, f'żona minnhom fid-Dwejra Lines ġew installati picnic benches.

“Bħala parti mill-wegħda elettorali li nagħmlu minn Victoria Lines trail nazzjonali, permezz ta' Ambjent Malta għamilna x-xogħolijiet fuq id-Dwejra Lines biex in-nies ikunu jistgħu jittrekkjaw minn din il-parti. L-impenn tagħna huwa li nkomplu għaddejjin b'din il-ħidma u biex noħolqu aktar kuxjenza dwar il-ħtieġa li nibżgħu għal postijiet bħal dawn u l-bijodiversita," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Josianne Muscat, Direttur fi ħdan Ambjent Malta qalet li fiż-żmien li ġej dan ix-xogħol se jkompli għaddej sabiex it-trail jinżamm fl-aħjar stat possibbli u se jiġi estiż għal bnadi oħra tul il-Victoria Lines. “Barra minnhekk se nkomplu bil-ħidma f'trails oħra fosthom f'Kemmuna u fil-Foresta 2000. Nappellaw lil dawk li jżuru dawn il-postijiet sabiex iżommu l-post nadif u fi stat tajjeb," qalet Josianne Muscat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: It-trail ta’ Dwejra Lines aktar aċċessibbli għat-trekkers grazzi għal xogħol minn Ambjent Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: It-trail ta’ Dwejra Lines aktar aċċessibbli għat-trekkers grazzi għal xogħol minn Ambjent Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: It-trail ta’ Dwejra Lines aktar aċċessibbli għat-trekkers grazzi għal xogħol minn Ambjent Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow