Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Inwettqu Flimkien: Festa Piroteknika fin-Nadur Għawdex nhar is-Sibt li ġej

pr230576
Date Icon 22/04/2023

Nhar is-Sibt 29 t'April ser ikun qiegħed jirritorna l-festival internazzjonali tan-nar fil-gżira Għawdxija, proprju fil-lokalità tan-Nadur.

Għal din il-festa piroteknika mistennija jipparteċipaw 12-il kamra tan-nar Għawdxija li huma: Għaqda Żgħażagħ La Stella, Għaqda tan-Nar San Ġorġ Martri, Vampa Organisations, Għaqda Festa Għajn Tuta ta' Kerċem, Kumitat Festa tal-Madonna tal-Grazzja, Għaqda Piroteknika 10 ta' Diċembru, Għaqda tan-Nar Kerċem, Għaqda tan-Nar 20 ta' Lulju, Soċjetà Filarmonika Leone, Kumitat San Ġużepp Qala, Għaqda tan-Nar 29 ta' Ġunju, u 15th August Fireworks Factory.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fil-preżenza taċ-Ċhairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-festival internazzjonali jkompli jsaħħaħ l-kompetittività ta' pajjiżna fid-dinja turistika. “Dan il-festival internazzjonali huwa konferma ta' kemm pajjiżna qiegħed ikompli jippreserva l-wirt tradizzjonali ta' dak li jagħmilna Maltin kif ukoll Għawdxin. Rajna kif minn dan il-festival tgawdi kull rokna tal-pajjiż u ċertament Għawdex mhux ser tkun eċċezzjoni," kompla jgħid il-Ministru Bartolo.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li, “Bħala gvern kontinwament naħdmu sabiex Għawdex jibqa' jkun l-għażla ta' bosta matul is-sena kollha. Il-Fireworks Festival li din is-sena se jsir in-Nadur huwa fil-fatt wieħed mill-avvenimenti ta' spettaklu li jattira ħafna nies lejn il-gżira Għawdxija." Huwa temm jgħid li jħares 'il quddiem għal aktar ħidma fis-settur turistiku u sabiex aktar viżitaturi jagħżlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Inwettqu Flimkien: Festa Piroteknika fin-Nadur Għawdex nhar is-Sibt li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Inwettqu Flimkien: Festa Piroteknika fin-Nadur Għawdex nhar is-Sibt li ġej
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow