Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Polonja, Zbigniew Rau, fil-Palazz ta’ Sant’Anton

PR230574
Date Icon 21/04/2023

Il-President George Vella, akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, laqa' żjara ta' korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Polonja, Zbigniew Rau, fil-Palazz ta' Sant'Anton.

Qabel kollox, il-President Vella feraħ lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Rau għall-ftuħ uffiċjali tal-Ambaxxata Pollakka f'Malta, li sar aktar kmieni matul il-ġurnata. Dan huwa avveniment importanti ieħor fir-relazzjonijiet bilaterali li jixpruna aktar tisħiħ tar-rabtiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, filwaqt li jippromwovi l-fehim reċiproku u jrawwem il-kooperazzjoni f'oqsma ta' interess komuni.

Id-diskussjoni ffokat l-aktar fuq il-gwerra Russa fl-Ukrajna u fuq l-impatt tagħha fuq l-istabbiltà globali u kif din qiegħda tfixkel l-ordni dinji bbażat fuq ir-regoli. Il-President Vella tenna l-pożizzjoni ta' Malta li n-newtralità tagħha ma xxekkilhiex milli tikkundanna b'mod kategoriku u ċar l-aggressjoni Russa. Iż-żewġ partijiet qablu li l-iżviluppi fil-Mediterran u l-Afrika jistħoqqilhom attenzjoni xierqa peress li huma marbuta b'mod intrinsiku mal-istabbiltà tal-UE. Huma meħtieġa wkoll diskussjonijiet dwar il-kwistjoni tal-migrazzjoni.

Il-President Vella fakkar iż-żewġ żjarat tiegħu fil-Polonja minn meta beda l-kariga, l-ewwel waħda fl-2019 u t-tieni fl-2020, li matulhom kellu l-opportunità jattendi kommemorazzjonijiet u avvenimenti sinifikanti li jpoġġu lill-Polonja fil-qalba tal-iżviluppi Ewropej u globali. Il-President irrefera wkoll għaż-żjara f'Malta mill-President Andrzej Duda biex jattendi għal-Laqgħa Informali tal-Kapijiet ta' Stat Mhux Eżekuttivi tal-UE li ġiet organizzata mill-President Vella f'Ottubru tal-2022.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Polonja, Zbigniew Rau, fil-Palazz ta’ Sant’Anton
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Polonja, Zbigniew Rau, fil-Palazz ta’ Sant’Anton
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ żjara ta’ korteżija mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Polonja, Zbigniew Rau, fil-Palazz ta’ Sant’Anton
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow