Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurata l-Ambaxxata tal-Polonja f’Malta

PR230571
Date Icon 21/04/2023

Matul il-jum tal-Ġimgħa, waqt żjara uffiċjali li kellu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Polonja Zbigniew Rau f'pajjiżna, il-Polonja fetħet b'mod uffiċjali l-Ambaxxata tagħha f'Malta fil-preżenza tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg.

Iż-żewġ Ministri kellhom wkoll laqgħa bilaterali fejn fiha ġie mtenni l-impenn taż-żewġ pajjiżi li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet diplomatiċi ta' aktar minn 50 sena.

Bħala parti minn dawn id-diskussjonijiet, il-Ministru Borg saħaq li hekk kif issa l-Polonja wkoll fetħet b'mod uffiċjali r-rappreżentanza tagħha f'pajjiżna, huwa jinsab persważ li r-relazzjonijiet diplomatiċi u kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi ser jkomplu jissaħħu. Huwa nnota wkoll l-konnettività tajba li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi u kif din hija ta' importanza għat-tisħiħ ta' kummerċ ma' pajjiżna, b'mod partikolari fit-turiżmu u t-tagħlim tal-lingwa Ingliża.

Matul din il-laqgħa kienu diskussi wkoll temi politiċi kurrenti bħall-invażjoni Russa fl-Ukrajna, is-sehem ta' Malta fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, l-pożizzjonijiet taż-żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u temi reġjonali.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Polonja Zbigniew Rau esprima li hu ta' unur għalih li, mill-2019 sal-lum, huwa l-ewwel Ministru Pollakk li żar b'mod uffiċjali lil pajjiżna. Huwa qal li jħares 'il quddiem sabiex ikompli jissaħħaħ il-kummerċ ma' pajjiżna anka wara r-rekord li inkiseb f'dawn l-aħħar snin.

Il-Ministru Rau tenna li l-Polonja tifhem anke il-pożizzjoni ta' Malta f'dik li hi problema tal-immigrazzjoni rregolari hekk kif il-Polonja, bħal Malta, huwa pajjiż li jinsab fuq fruntiera tal-Ewropa. Huwa kompla jikkonferma li l-Polonja se tkompli tkun ta' appoġġ għal-liġi internazzjonali fid-dawl tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurata l-Ambaxxata tal-Polonja f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurata l-Ambaxxata tal-Polonja f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurata l-Ambaxxata tal-Polonja f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Inawgurata l-Ambaxxata tal-Polonja f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow