Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Aktar minn 2,800 familja se jibbenifikaw minn tisħiħ fil-Benefiċċju tal-Kera

PR230570
Date Icon 21/04/2023

Imwettqa 86% tal-miżuri tal-baġit tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli

Preżentament, aktar minn 2,800 familja qed jibbenefikaw mill-Benefiċċju tal-Kera, benefiċċju li kien introdott fl-2019 u li issa se jissaħħaħ biex tkun assigurata l-affordabbiltà fis-suq tal-proprjetà, ħabbar il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Matul il-konferenza, tħabbar ukoll li 86% tal-miżuri tal-baġit tal-ministeru għas-sena 2023 ġew implimentati. Id f'id mal-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri tal-baġit, bħalissa, f'diversi lokalitajiet madwar Malta, għaddejjin b'ritmu mgħaġġel ix-xogħlijiet fuq numru ta' proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali.

“Il-punt tat-tluq fl-2019 kien ifisser li issa għandna Benefiċċju tal-Kera komprensiv, flessibbli u effettiv. Komprensiv għaliex din hija miżura li timxi id f'id mar-riforma fil-kera residenzjali, fejn kull kuntratt tal-kiri għandu l-obbligu legali li jkun irreġistrat. Flessibbli għaliex tajna assigurazzjoni li dan il-benefiċċju se jkun wieħed li jevolvi skont ir-realtajiet kurrenti tas-suq u effettiv għaliex qiegħed ikompli jagħmel is-suq tal-kera bħala alternattiva ta' akkomodazzjoni adekwata," spjega l-Ministru Galdes.

Huwa enfasizza li l-għan aħħari ta' dan il-benefiċċju kien u għadu li ħadd ma jħallas iżjed minn kemm jiflaħ, irrelevanti minn kemm jinbidel is-suq. Huwa tenna, “M'aħniex kuntenti li naraw familja kemm tkampa u bil-miżuri li qegħdin inwettqu qed nassiguraw li familja tkun tista' timxi 'l quddiem."

Huwa semma li bit-tisħiħ ta' dan il-benefiċċju, li diġà ddaħħal b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2023, koppja li għandha żewġt itfal jew aktar u li d-dħul massimu ta' din il-familja huwa ta' ftit aktar minn €13,500 u li għandhom kirja annwali ta' €9,600, issa se tkun qed tirċievi sa massimu ta' €5,000 fis-sena jew €416 fix-xahar. Dan se jkun ifisser żieda ta' €1,200 fis-sena, jew €100 fix-xahar. “Dan huwa dak li nfissru meta ngħidu li aħna gvern li jisma', jifhem u jaġixxi għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi," ikkonkluda l-Ministru Galdes.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li l-implimentazzjoni ta' din il-miżura hija qabża oħra ta' kwalità fis-settur tal-kera. Qal li, “Iż-żieda fil-benefiċċju se tiġi kkalkulata fuq formula speċifika li tibbaża fuq diversi fatturi skont il-bżonn individwali ta' kull familja."

Is-Segretarju Permamenti tal-Ministeru Mark Musu tkellem dwar il-proċess ta' twettiq tal-miżuri tal-Baġit li jikkonċernaw il-qasam tal-akkomodazzjoni. Spjega li minn 7 miżuri mħabbra fil-Baġit 2023, diġà twettqu 6 miżuri. Dan ifisser rata ta' twettiq ta' 86%. Huwa ħabbar li s-seba' u l-aħħar miżura tal-Baġit se titwettaq sa Lulju li ġej.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Aktar minn 2,800 familja se jibbenifikaw minn tisħiħ fil-Benefiċċju tal-Kera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Aktar minn 2,800 familja se jibbenifikaw minn tisħiħ fil-Benefiċċju tal-Kera
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Inwettqu Flimkien: Aktar minn 2,800 familja se jibbenifikaw minn tisħiħ fil-Benefiċċju tal-Kera
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow