Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Dak li kiteb jibqa’ mnaqqax fl-imħuħ u l-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin”

pr230566
Date Icon 20/04/2023

Hekk stqarr l-Ispeaker Anġlu Farrugia filwaqt li ppreseda t-tnedija tal-ktieb “Il-Poter tal-Kelma", liema pubblikazzjoni tiġbor fiha l-interventi kollha li kienu saru f'konferenza bit-tema “Il-Poter tal-Kelma, Politika u Letteratura f'Oliver Friggieri," li nżammet f'April tas-sena 2022, bħala tifkira lill-Professur Oliver Friggieri li miet f'Novembru 2020.

L-Ispeaker qal li l-Professur Friggieri mhux biss kellu mħabba għall-ilsien Malti iżda għall-poplu Malti u fuq kollox għan-nazzjon Malti. Hu kompla billi qal li Oliver Friggieri għaraf sew il-mixja politika u d-deċiżjonijiet li ttieħdu li lkoll sawru lill-poplu Malti bħala wieħed sovran filwaqt li jippromwovi s-sliem u l-progress fost il-ġnus. Hu kompla billi qal li dak li nkiteb minnu, jibqa' mnaqqax fl-imħuħ  u l-qlub ta' bosta Maltin u Għawdxin.

L-Ispeaker tenna li għandha tittieħed inkonsiderazzjoni li dan il-ktieb ippubblikat mill-Parlament ta' Malta  jitqassam lill-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex kif ukoll lill-istudenti tal-Università ta' Malta, tal-Junior College u tal-Higher Secondary.

Is-seduta kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u s-Snajja' Justin Schembri.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Dak li kiteb jibqa’ mnaqqax fl-imħuħ u l-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin”
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Dak li kiteb jibqa’ mnaqqax fl-imħuħ u l-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin”
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Dak li kiteb jibqa’ mnaqqax fl-imħuħ u l-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin”
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Dak li kiteb jibqa’ mnaqqax fl-imħuħ u l-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow