Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru S.T.E.A.M. fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar

pr230565
Date Icon 20/04/2023

Ġie inawgurat ċentru ġdid għas-suġġetti S.T.E.A.M. fil-Kulleġġ Maria Reġina, Primarja San Pawl il-Baħar, li huwa attrezzat b’apparat u bir-riżorsi kollha meħtieġa biex l-istudenti jingħataw edukazzjoni hands-on fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika. Dan iċ-ċentru sar b’fondi mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, amministrat minn Komunità Malta. 

Iċ-ċentru ġie inawgurat mill-Ministru għall-Edukazzjoni,  l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri.  

Waqt l-inawgurazzjoni l-Ministru Clifton Grima stqarr, “F’dawn il-jiem kelli diversi okkażjonijiet li matulhom tkellimt dwar edukazzjoni sħiħa u innovattiva biex l-istudent jieħu gost jitgħallem bl-opportunitajiet kollha li nistgħu noffru. Irridu nkomplu naħdmu biex mhux biss nedukaw, imma dan nagħmluh b’mod li l-istudent jieħu gost jirċievi t-tagħlim li l-edukaturi tagħna jagħtu b’tant dedikazzjoni u determinazzjoni.” 

Filwaqt li rringrazzja lill-edukaturi għall-impenn tagħhom, il-Ministru Grima ħa l-okkażjoni u stieden lill-edukaturi kollha jkunu parteċipattivi fil-konsultazzjonijiet li se jsiru magħhom biex titfassal l-Istrateġija għall-Edukazzjoni 2024-2030.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Byron Camilleri qal li fl-aħħar sentejn l-aġenzija Komunità Malta tat fondi għal diversi inizjattivi soċjali u edukattivi b’total ta’ aktar minn żewġ miljun ewro. Kompla li, “Permezz ta’ dan il-proġett, it-tfal qed igawdu u jitgħallmu fl-istess ħin, f’ambjent li hu aktar iffukat fuq l-użu tat-teknoloġija, ix-xjenza u l-arti u permezz tiegħu jistgħu jkomplu jimirħu. Kommessi li bħala Aġenzija Komunità Malta u anke bħala gvern inkomplu ninvestu f’inizjattivi bħal dawn u li verament igawdu minnhom it-tfal.”  

Il-Ministru Camilleri temm juri is-sodisfazzjoni tiegħu li permezz ta’ fondi minn dan il-programm qed isiru proġetti tanġibbli li qed iħallu l-impatt fil-komunitajiet, fosthom fuq it-tagħlim u l-iżvilupp tat-tfal. 

Intant, fis-sistema edukattiva qed tingħata importanza lis-suġġetti S.T.E.A.M., li huma suġġetti mhux biss importanti, imma huma l-bażi ta’ karrieri diversi. Permezz ta’ dan iċ-ċentru, l-edukaturi jħarrġu  lill-istudenti f’dawn is-suġġetti b’mod sħiħ, għaliex jinkludi wkoll prattika u attivitajiet interattivi li jgħinu fit-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti b’mod kreattiv.

L-għarfien ta’ S.T.E.A.M. qed ipoġġi quddiem l-istudent sfidi li jridu jkunu indirizzati permezz tal-ħsieb u ħiliet kreattivi. Huwa importanti wkoll għaliex l-istudent jingħata minn kmieni għarfien tad-dinja diġitali.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Prinċipal tal-Kulleġġ Maria Reġina Patrick Decelis, il-Kap tal-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar Ethelbert Fenech u l-Kap Eżekuttiv ta’ Komunità Malta Joseph Mizzi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru S.T.E.A.M. fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru S.T.E.A.M. fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru S.T.E.A.M. fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inawgurat Ċentru S.T.E.A.M. fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow