Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-imsieħba soċjali jiddiskutu l-liċenzjar tal-kuntratturi waqt laqgħa tal-MCESD

PR230564
Date Icon 20/04/2023

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, indirizza laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li fost it-temi diskussi matulha kien hemm l-abbozz ta' Avviż Legali li ser jintroduċi għall-ewwel darba f'Malta l-liċenzjar tal-kuntratturi.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi wera s-sodisfazzjoni tiegħu għad-diskussjoni pożittiva li din ir-riforma qajmet fil-pajjiż kif ukoll għall-parteċipazzjoni sħiħa minn mijiet ta' persuni li attendew għal-laqgħat ta' konsultazzjoni pubblika. Kompla li dan kollu se jiġi evalwat biex fejn meħtieġ l-Avviż Legali jkun aġġornat, sakemm imbagħad jidħol fis-seħħ kif ippjanat.

Il-ministru saħaq li dan l-eżerċizzju huwa biss il-bidu ta' proċess li għandu jwassal biex tiżdied is-serjetà fis-settur tal-kostruzzjoni. Huwa temm jgħid li huwa importanti li dawk kollha involuti jkomplu jagħtu s-sehem tagħhom biex din il-bidla tkun waħda fejn titjieb il-kwalità u jogħla l-livell tax-xogħol kollu f'dan il-qasam.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul saħaq fuq kemm huwa importanti li bħala gvern ikunu awtokritiċi sabiex ikomplu jieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu rigward il-konkorrenza qawwija li kien hemm għal din il-konsultazzjoni pubblika, anke min-naħa tal-imsieħba soċjali.

“B'dan ir-reġim ser ikun hemm titjib fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħna. Ladarba dawn il-kuntratturi ser ikunu liċenzjati nemmen ukoll li ser ikunu qegħdin jissaħħu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f'dan is-settur," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Ellul.

Il-laqgħa tal-MCESD kienet indirizzata wkoll mill-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, Jesmond Muscat li għamel preżentazzjoni dwar l-obbligu għal-liċenzjar tal-kuntratturi.

Waqt l-istess laqgħa tal-MCESD, ġiet diskussa wkoll il-Politika Nazzjonali kontra l-Użu tad-Droga fil-preżenza tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u l-Prof. Richard Muscat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-imsieħba soċjali jiddiskutu l-liċenzjar tal-kuntratturi waqt laqgħa tal-MCESD
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-imsieħba soċjali jiddiskutu l-liċenzjar tal-kuntratturi waqt laqgħa tal-MCESD
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI L-imsieħba soċjali jiddiskutu l-liċenzjar tal-kuntratturi waqt laqgħa tal-MCESD
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow