AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
B'referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR230522, datata 13/04/2023, u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni addizzjonali li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF), l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-proteina tal-lupina (lupin), kif ukoll għall-proteina tal-lewż, minħabba li fih traċċi ta' proteina tal-lewż u tal-lupina li mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Preparato per Créme Caramel (taħlita għall-créme caramel) |
| Dittà: | Belbake |
| Data tad-durabbilità`: | Best Before 05/12/2025 |
| Użin: | 200g |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937