Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Rata ta’ interess ta’ 0% għal min se jieħu loan biex jinvesti f’vetturi elettriċi jew inizjatti

pr230552
Date Icon 18/04/2023

Il-Bank of Valletta u l-APS Bank se joffru rata ta' interess ta' 0% għal min se jieħu loan biex jinvesti f'vettura elettrika jew hybrid u inizjattivi favur l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli.

Dan tħabbar f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Aaron Farrugia, il-Ministru Silvio Schembri u s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett.

Dan se jkun possibbli permezz tal-istrument finanzjarju EERE taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fejn b'kollox ġew allokati €15-il miljun. L-iskema tikkonsisti f'garanzija tal-portafoll u sussidju fir-rata tal-imgħax għal 10 snin, li se tgħin biex tiġi offruta rata t' interess ta' 0% għal min se jieħu loan.

Jistgħu jibbenefikaw individwi privati, SMEs, intrapriżi kbar, korpi kostitwiti u entitajiet fis-settur pubbliku u privat, fost oħrajn.

Fost l-investimenti li jistgħu jagħmlu hemm ix-xiri ta' vetturi elettriċi jew hybrid; charging stations għal vetturi elettriċi; konnessjonijiet mal-provisti tal-enerġija għal sistemi fotovoltajċi; sistemi ta' insulazzjoni; sistemi ta' ventilazzjoni u miżuri għall-iffrankar tal-ilma.

Il-Ministru Aaron Farrugia fisser kif is-settur tat-trasport jista' jkun kontributur ewlieni favur il-qalba ekoloġika hekk kif is-settur minnu nnifsu huwa l-aktar responsabbli għall-emissjonijiet. Huwa tenna kif dawn il-loans, flimkien mal-għotjiet finanzjarji li qed toffri Transport Malta, se jkunu qed iħeġġu aktar nies biex jagħmlu l-qalba lejn vetturi li ma jniġġsux.

“Transport Malta qed toffri sa €13,000 f'għajnuna lil min irid jixtri karozza elettrika. Jeżistu wkoll għajnuniet għal min juża l-vettura tiegħu biex jaħdem kif ukoll għall-muturi. Din l-għajnuna u issa anki dawn il-loans mingħajr interessi, huma kruċjali biex aktar nies f'pajjiżna jagħmlu l-qabża lejn trasport iktar sostenibbli," temm jgħid il-Ministru Farrugia.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li l-ambjent huwa prijorità ewlenija għal dan il-Gvern u din l-iskema hija mod kif kumpaniji pubbliċi u privati kif ukoll individwi jagħmlu għażliet f'ħajjithom favur l-ambjent, mingħajr spejjeż żejda.

“Ambjent aħjar għal uliedna jfisser li kollha kemm aħna nagħmlu dawk l-għażliet neċessarji biex verament nagħmlu differenza, fid-djar tagħna, fil-postijiet tax-xogħol u n-negozji tagħna b'għażla ta' enerġija nadifa u fl-għażla tal-karozza li nsuqu. Bħala Gvern qed  niffaċilitaw bit-tnedija ta' skemi bħal tal-lum," stqarr il-Ministru Schembri.


Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li l-banek jilgħabu rwol importanti fl-ekonomija u issa rridu narawhom jkunu aktar ċentrali fil-mixja lejn l-iżvilupp sostenibbli.

“Din l-iskema hi fost l-iktar waħda flessibbli u immirata għal kulħadd kemm negozji kbar u żgħar, individwi, entitajiet pubbliċi. Hija miftuħa wkoll għal finanzjament ta' investiment varjat ħafna fosthom ix-xiri ta' karozzi elettriċi, insulazzjoni aħjar fil-binjiet u miżuri li jgħinu fil-ħażna tal-ilma," tenna s-Segretarju Parlamentari Bonett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Rata ta’ interess ta’ 0% għal min se jieħu loan biex jinvesti f’vetturi elettriċi jew inizjatti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Rata ta’ interess ta’ 0% għal min se jieħu loan biex jinvesti f’vetturi elettriċi jew inizjatti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET Inwettqu Flimkien: Rata ta’ interess ta’ 0% għal min se jieħu loan biex jinvesti f’vetturi elettriċi jew inizjatti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow