Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Beda x-xogħol fuq il-lift li jwasslek għall-ferry landing ta’ Marsamxett

pr230547
Date Icon 17/04/2023

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett u l-Kap Eżekuttiv tal-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) Gino Cauchi żaru x-xogħlijiet li bħalissa għaddejjin f'Marsamxett fil-Belt Valletta.

Bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta l-GHRC, bl-għajnuna ta' fondi lokali u dawk Ewropej, se tkun qed toħloq aċċess permezz ta' lift fil-Bastjun ta' San Salvatore f'Marsamxett. Dan il-lift, li huwa wkoll wegħda elettorali, se jiffaċilita l-aċċess għall-ferry landing f'Marsamxett,

Peress li l-lanċa bejn tas-Sliema u l-Belt Valletta tidħol fil-parti t'isfel ta' din iż-żona, dan il-proġett se jkompli jiffaċilita l-aċċessibbiltà kemm għall-ħaddiema li jaħdmu fiż-żewġ lokalitajiet kif ukoll għat-turisti li jżuru pajjiżna u jużaw dan is-servizz. Dan il-proġett mhux biss se joħloq aċċess aħjar, iżda wkoll se jnaqqas aktar vetturi milli jinżlu fiż-żona tal-ferry landing, filwaqt li se jgħin ukoll fl-aspett ekonomiku ta' Marsamxett. Is-sena li għaddiet kien hemm total t'aktar minn 680,000 passiġġier li użaw dan is-servizz.

Dan il-proġett huwa maqsum fuq tliet fażijiet. L-ewwel waħda dik li bdiet ftit tal-ġimgħat ilu fejn tikkonsisti fl-iskavar tax-xaft ta' dan il-lift. Dan l-iskavar qiegħed isir kollu bl-idejn taħt is-sorveljanza kontinwa tal-arkeoloġi. Din l-ewwel fażi huwa stmat li se tiswa €700,000 fi flus allokati minn fondi Ewropej.

Biex ma tiġix kompromessa s-saħħa tas-sur innifsu, qed jinħadmu sistemi ta' concrete belts biex iservu ta' tisħiħ għas-swar. Hekk kif dan il-proċess jilħaq il-livell tal-blat, jiġi aċċessat wieħed mix-xelters li kienu tħaffru biex iservi ta' dħul u ħruġ għal dan il-lift. Huwa ppjanat li dan il-proċess jieħu sal-aħħar kwart tas-sena biex jitlesta.

It-tieni fażi se tkun l-istruttura nnifisha tal-lift filwaqt li  t-tielet fażi hija dik tal-finishings li tikkonsisti wkoll f'xogħlijiet fiż-żona ta' biswit is-xelters. Dawn iż-żewġ fażijiet se jitlestew is-sena d-dieħla u ser jitħallsu minn fondi lokali.

Il-Ministru Aaron Farrugia spjega kif permezz ta' dan il-proġett mhux biss se tkompli ddur ir-rota ekonomika hekk kif aktar nies se jitħajru jagħmlu użu mis-servizz, imma wkoll se jkompli jagħmel it-traġitt bejn il-Belt Valletta u tas-Sliema wieħed aktar aċċessibbli.

“Dan il-proġett se jwassal sabiex dan is-servizz li qiegħed itejjeb il-mobbilità bejn tas-Sliema u l-Belt Kapitali jkompli jkun wieħed aħjar, iżda fuq kollox wieħed li jkun aċċessibbli għal kulħadd mingħajr ikonvenjenti żejda," temm jgħid il-Ministru Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li dan il-proġett mhux biss se jiffaċilita l-aċċessibbiltà iżda se jikkumplimenta wkoll l-interventi l-oħra li jiffukaw fuq it-tiġdid tas-siti kulturali u l-preservazzjoni tal-assi storiċi fiż-żona tan-naħa t'isfel tal-Belt Valletta.

“Il-lift huwa parti minn proġett li jiffoka fuq il-ġenerazzjoni tan-naħa t'isfel tal-Belt Valletta, b'valur ta' €24 miljun, biex fost oħrajn jitjieb l-iżvilupp sostenibbli u fl-istess ħin itejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti lill-komunità lokali," qal is-Segretarju Parlamentari Bonett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Beda x-xogħol fuq il-lift li jwasslek għall-ferry landing ta’ Marsamxett
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ INWETTQU FLIMKIEN: Beda x-xogħol fuq il-lift li jwasslek għall-ferry landing ta’ Marsamxett
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow