Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Jitħabbru d-dettalji tal-Valletta Green Festival 2023

pr230545
Date Icon 17/04/2023

Tħabbru d-dettalji dwar il-Valletta Green Festival 2023, l-avveniment annwali sinonimu mal-kalendarju kulturali Malti li se jittella' bejn it-3 u s-7 ta' Mejju 2023. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli kienu preżenti għal din it-tnedija.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan il-festival jippromwovi l-kuxjenza ambjentali u l-għajxien sostenibbli. Huwa enfasizza l-importanza ta' festivals ta' dan it-tip fejn il-pubbliku jingħata pjattaforma biex isegwi aktar mill-qrib inizjattivi ambjentali fi sfond kulturali.

“Huwa wkoll inkoraġġanti li naraw diversi stakeholders jipparteċipaw f'dan il-festival. Dan juri biċ-ċar l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-involviment tal-komunità fil-qalba tal-belt kapitali tagħna," qal il-Ministru Bonnici.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li permezz ta' numru ta' entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża se jkomplu jqajmu aktar kuxjenza fost in-nies dwar l-immaniġġjar tal-iskart, il-protezzjoni ambjentali, l-ispazji ħodor u l-konservazzjoni tar-riżorsi.

“Attivitajiet bħal dawn iservu ta' pjattaforma biex nibagħtu messaġġ b'saħħtu favur l-ambjent, is-sostenibbiltà u noffru aktar informazzjoni dwar il-ħidma li qed titwettaq minn diversi entitajiet filwaqt li l-viżitaturi jkollhom iċ-ċans jitgħallmu aktar dwar prattiċi sostenibbli," qalet il-Ministru Dalli.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef tenna li, “Il-Valletta Green Festival huwa wieħed mill-avvenimenti ewlenin fil-miftuħ tal-aġenzija. Dan il-festival juri biċ-ċar l-impenn tal-aġenzija li toħloq kuxjenza dwar l-ambjent mhux biss fil-proġetti u l-binjiet tagħha, iżda anke lil hinn."

Din is-sena l-Valletta Green Festival se jinkludi ġnien fi Pjazza San Ġorġ li se joħloq vjaġġ maġiku f'waħda mill-akbar żoni miftuħa tal-belt kapitali. Se jkun hemm ukoll diversi stands fosthom minn Ambjent Malta, l-ERA, l-EWA (Water Be The Change), Project Green u l-Valletta Design Cluster. Fi Pjazza Tritoni se jkun hemm ir-Roadshow Truck tal-Wasteserv, filwaqt li fi Triq it-Teatru l-Antik se jkun hemm stands mill-ECO Market. F'diversi pjazez u postijiet pubbliċi madwar il-Belt se jkun hemm ukoll diversi prestazzjonijiet minn flash mob ta' Dancel Dance Studio.

Għal aktar informazzjoni żuru l-websajt jew il-paġna ta' Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Jitħabbru d-dettalji tal-Valletta Green Festival 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Jitħabbru d-dettalji tal-Valletta Green Festival 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Jitħabbru d-dettalji tal-Valletta Green Festival 2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow