Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET INWETTQU FLIMKIEN: Skema ta’ €2 miljun għal proġetti ta’ diġitalizzazzjoni għal negozji mikro

pr230544
Date Icon 17/04/2023

Il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett nedew skema ta' €2 miljun, immirata speċifikament għal negozji żgħar ħafna (mikro).

Dan huwa parti mill-pjan ta' Malta għall-Irkupru u Reżiljenza li identifika 17-il investiment u 30 riforma appoġjati minn €316.4 miljun f'fondi biex Malta tkompli tkun reżiljenti.

Din l-iskema, li hija mmirata għal mikrointrapriżi li jkollhom proġetti iżgħar, hija parti minn skemi oħra li jindirizzaw it-trawwim diġitali, intelliġenti u reżiljenti, b'total ta' €15-il miljun.

Kumpaniji mikro huma dawk li jimpjegaw sa massimu ta' disa' persuni. L-ammont massimu li kumpanija tista' tapplika għalih huwa ta' €10,000 għal kull investiment ta' diġitalizzazzjoni f'teknoloġiji diġitali, b'finanzjament parzjali sa 50% għall-investiment f'Malta u 60% għall-investiment f'Għawdex.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li “bħala pajjiż għarafna kmieni li t-triq 'il quddiem għan-negozji tagħna hija d-diġitalizzazzjoni. Il-kumpaniji li għamlu l-qabża diġitali f'pajjiżna kważi rdoppja iżda m'aħniex kuntenti, u b'dawn il-fondi se nkunu qegħdin ngħinu kumpaniji żgħar ħafna li għalihom tkun aktar diffiċli minn kumpaniji akbar, biex huma wkoll ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja diġitali."

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li, “din l-iskema hi prova ċara wkoll tal-viżjoni tal-gvern li jagħmel l-fondi Ewropej, aktar minn qatt qabel, aċċessibbli għal kullħadd. Fil-konsultazzjonijiet li kellna fil-passat, ħareġ ċar li intrapriżi mikro kienu qed isibuha diffiċli jikkompetu ma' proġetti akbar li fuq il-karta jidhru iktar ambizzjużi. Sabiex nevitaw din id-disparita, inħasset il-ħtieġa li tinħoloq skema speċifika bħal din."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET INWETTQU FLIMKIEN: Skema ta’ €2 miljun għal proġetti ta’ diġitalizzazzjoni għal negozji mikro
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET INWETTQU FLIMKIEN: Skema ta’ €2 miljun għal proġetti ta’ diġitalizzazzjoni għal negozji mikro
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, FONDI EWROPEJ U ARTIJIET INWETTQU FLIMKIEN: Skema ta’ €2 miljun għal proġetti ta’ diġitalizzazzjoni għal negozji mikro
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow