Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fuq l-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida

pr230543
Date Icon 17/04/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici  u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaru x-xogħol ta' restawr li qed isir fl-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida. L-għan tal-proġett hu li tiġi ppreservata l-istruttura tal-għajn minn barra u minn ġewwa. Ir-restawr beda f'Jannar ta' din is-sena u mistenni jitlesta sal-aħħar ta' Ġunju 2023.

Dan il-proġett hu wieħed minn għaxar proġetti li qed jiġi implimentat taħt l-iskema tal-kunsilli lokali, liema skema tkopri restawr ta' statwi, niċeċ, monumenti, kappelli u strutturi storiċi li jinsabu fid-diversi rħula u komunitajiet. Ix-xogħol kollu qed isir mill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr.

Il-Ministru Owen Bonnici enfasizza l-importanza li jiġu ppreservati strutturi storiċi bħall-Għajn tal-Ħasselin. Huwa faħħar il-ħidma tal-Direttorat tal-Restawr u lill-kunsill lokali għall-impenn tagħhom f'dan il-proġett fejn qed iżommu l-wirt kulturali ħaj.

“Huwa importanti li nkomplu ninvestu fir-restawr tal-postijiet storiċi ta' pajjiżna, mhux biss għall-valur estetiku, imma wkoll għall-benefiċċji edukattivi, kulturali u ekonomiċi," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li x-xogħlijiet ta' restawr fuq wirt storiku huma importanti sabiex jippreservaw il-wirt kulturali tagħna, jagħtu spinta lill-ekonomija lokali, jippromwovu s-sostenibbiltà, jipprovdu opportunitajiet edukattivi u jagħtu identità unika lill-komunità. Hija faħħret ukoll il-ħidma tal-kunsilli lokali fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' postijiet fil-lokalità li jkollhom bżonn xogħol ta' restawr.

Il-Perit Daphne Fenech, li hija responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet, spjegat li l-proġett jinkludi l-konservazzjoni u r-restawr tal-binja minn ġewwa u minn barra. Dan jinkludi wkoll il-manutenzjoni tas-saqaf, xogħol fuq is-sistema attwali ta' devjazzjoni tal-ilma tax-xita, u l-installazzjoni ta' lqugħ biex jipprevjenu l-irmixk milli jsib ruħu fl-istruttura u jħammeġ l-ilma.

Ġie spjegat li l-Kunsill Lokali tal-Imsida se jibdel is-sistema tad-dawl attwali għal waħda aktar effiċjenti fl-enerġija u li turi s-sbuħija tal-istruttura tal-Għajn tal-Ħasselin. Membri tal-Kunsill Lokali tal-Imsida kienu preżenti wkoll għall-konferenza tal-aħbarijiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fuq l-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fuq l-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Għaddej xogħol ta’ restawr fuq l-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow