STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
Il-Qorti ċaħdet mandat ta' inibizzjoni dwar kaċċa għall-gamiem.
Dan wara li l-istess Qorti dehrilha li s-sitwazzjoni tal-gamiema għadha l-istess għal dik tas-sena li għaddiet u għalhekk huwa sostenibbli li ssir kaċċa b'mod ikkontrollat għal din l-ispeċi.
Dan kien argument li ressaq il-Ministeru għal Għawdex, bl-istess ministeru issa jfakkar li mhu ser jiġi ttollerat l-ebda abbuż, anke b'rispett lejn id-deċiżjoni tal-Qorti.
L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiema jiftaħ mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Avviż Legali sat-30 ta' April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar, bi kwota nazzjonali ta' 1,500 gamiema.
M'hemmx kwoti individwali u kull gamiema li tiġi kkaċċjata għandha tiġi rrappurtata immedjatament.
Il-ministeru jfakkar ukoll li kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938