Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U GVERN LOKALI Music Exchange Camp bla ħlas għal kantanti u kompożituri Maltin u Għawdxin li għandhom 16-il sena jew aktar

pr230537
Date Icon 15/04/2023

Għall-ewwel darba, Public Broadcasting Services Ltd ser jorganizza Music Exchange Camp bla ħlas għal kantanti u kompożituri Maltin u Ghawdxin mill-età ta' 16-il sena 'l fuq. L-inizjattiva hija komposta minn żewġ fergħat: il-workshops kollaborattivi tal-mużika fejn producers Maltin jaħdmu flimkien ma' producers barranin u ma' kantanti Maltin, kif ukoll serje ta' lectures minn professjonisti lokali kif ukoll barranin fosthom minn Universal Music.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li, "Producers lokali u kittieba tal-kanzunetti Maltin ser ikollhom opportunità biex jiltaqgħu, jitħalltu u jaħdmu ma' kittieba ta' fama internazzjonali, biex jaqsmu bejniethom il-kultura tagħna l-Maltin, ideat ġodda u joħolqu networking b'saħħtu bejniethom."

"B'dan il-mod se nkomplu nagħtu iktar opportunitajiet lill-kantanti u lill-kompożituri Maltin u Għawdxin u aktar kuntatti bejn l-artisti u l-kittieba ma' individwi li jaħdmu fl-istess qasam tal-industrija tal-mużika minn madwar id-dinja," spjega l-Ministru Bonnici.

Fl-aħħar tal-ġimgħa ta' dan il-music exchange camp, huwa mistenni li grupp ta' mużiċisti u kantanti jkunu ħolqu madwar 18-il demo ta' kanzunetti permezz ta' din il-ħidma. L-artisti se jkollhom l-għażla dwar jekk jissottomettux il-kanzunetta fil-MESC 2024 jew le. L-applikazzjonijiet tal-MESC 2024 se jinfetħu dalwaqt u se jkunu miftuħin għal kulħadd. Madanakollu, mhux obbligatorju li individwu li jkun ipparteċipa f'dan il-music camp biex ikun jista' japplika għall-MESC.

Barra minn hekk, il-pubbliku ġenerali, inklużi kantanti u producers tal-mużika, se jkollhom l-opportunità li jingħaqdu f'diversi diskussjonijiet li se jsiru matul dan il-music exchange camp, minn professjonisti internazzjonali tal-mużika. L-għan ta' dawn it-taħditiet huwa li l-Maltin interessati f'dan il-qasam jiksbu aktar għarfien dwar l-aħjar prattiċi ta' kif jistgħu jesibixxu t-talenti tagħhom lill-komunità internazzjonali kif ukoll ikun hemm opportunità ta' networking ma' professjonisti barranin. Il-lezzjonijiet se jkunu miftuħin għall-pubbliku ġenerali li huma interessati fl-industrija tal-kitba tal-mużika jew kantanti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U GVERN LOKALI Music Exchange Camp bla ħlas għal kantanti u kompożituri Maltin u Għawdxin li għandhom 16-il sena jew aktar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U GVERN LOKALI Music Exchange Camp bla ħlas għal kantanti u kompożituri Maltin u Għawdxin li għandhom 16-il sena jew aktar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow