Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI INWETTQU FLIMKIEN: Inawgurat sqaq pedonali fl-Isla li sar minn fondi miġbura mit-taħrikiet

pr230535
Date Icon 15/04/2023

Sqaq li ma kienx f'kundizzjoni tajba u li kien jintuża għall-vetturi, issa nbidel f'wieħed pedonali għat-tgawdija tar-residenti ta' Triq Sant'Anġlu fl-Isla.

Waqt żjara mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, tfisser li kienet ix-xewqa tar-residenti ta' din it-triq li jkollhom spazju miftuħ u pedonali ħieles mit-tniġġis.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li fiż-żmien li ġej aktar kunsilli lokali se jkomplu jwettqu aktar proġetti tanġibbli f'diversi lokalitajiet li minnhom se jgawdu r-residenti Maltin u Għawdxin.

“L-aġenzija LESA qed tibqa' tkun strumentali sabiex isiru diversi proġetti fil-qalba tal-komunitajiet. F'dan il-proġett, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Isla, rajna li din iż-żona tissebbaħ anke permezz ta' pavimentar ġdid li fl-aħħar mill-aħħar qed jitgawda mhux biss mir-residenti ta' din it-triq, iżda wkoll mir-residenti kollha tal-Isla," qal il-Ministru Camilleri.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret lill-Kunsill Lokali tal-Isla li għamel użu tajjeb minn dawn il-fondi addizzjonali biex jindirizza bżonn fil-lokalità.

“Toroq pedonali jeliminaw il-periklu tal-karozzi u joħolqu spazji miftuħa, aktar siguri u aċċessibbli għar-residenti kollha, filwaqt li joffru arja aktar nadifa u ambjent aktar trankwill li jgħin fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti fiż-żona u tal-madwar."

Is-Sindku tal-Isla Clive Pulis qal li, “Wara diversi laqgħat li kellna mar-residenti ta' Triq Sant Anġlu, il-kunsill lokali applika għall-fondi mil-LESA biex jagħmel dan il-proġett ta' żona pedonali. Qabel dan l-isqaq kien aċċessibbli għall-karozzi imma b'diskussjoni mar-residenti, l-isqaq issa sar aktar aċċessibbli għalihom u għat-tfal f'din iż-żona."

Ix-xogħlijiet ta' pavimentar kif ukoll servizzi ġodda saru mill-Kunsill Lokali tal-Isla b'investiment ta' madwar €40,000 parzjalment iffinanzjati minn fondi tal-LESA.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija LESA, Svetlick Flores.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI INWETTQU FLIMKIEN: Inawgurat sqaq pedonali fl-Isla li sar minn fondi miġbura mit-taħrikiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI INWETTQU FLIMKIEN: Inawgurat sqaq pedonali fl-Isla li sar minn fondi miġbura mit-taħrikiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow