Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda ‘il-Festa tal-Festi’ bejn it-28 u t-30 ta’ April b’risq The Malta Community Chest Fund

pr230530
Date Icon 14/04/2023

Il-President ta' Malta George Vella nieda l-ewwel edizzjoni ta' 'il-Festa tal-Festi' li se ssir fil-Palazz Verdala bejn il-Ġimgħa 28 u l-Ħadd 30 ta' April b'risq The Malta Community Chest Fund.

Waqt it-tnedija, il-President Vella qal li mnebbħa mill-festa tradizzjonali Maltija u l-ħtieġa li ngħożżu l-kultura Maltija li tagħmilna uniċi, din l-attività għandha sservi ta' introduzzjoni għall-istaġun ferm mistenni tal-festi.

“Il-festi għandhom għeruq fondi fil-kultura Maltija iżda li spiss intesew jew mhumiex magħrufa biżżejjed, speċjalment mal-barranin li saru parti minna li llum jgħoddu madwar 20% tal-popolazzjoni. L-attivitajiet li se jsiru għandhom ikattru l-għarfien dwar dak kollu li jsawwar il-festa Maltija li maż-żmien kompliet tevolvi f'espressjoni li tgħaqqad il-komunità flimkien," qal il-President.

Il-President wera tama li l-ħidma li għaddejja biex il-festa Maltija tkun rikonoxxuta mill-UNESCO bħala wirt intanġibbli ta' importanza għall-umanità, twassal għar-riżultat mixtieq u r-rikonoxximent mistħoqq.

Daniel Cauchi, Direttur Artistiku tal-attività, qal li 'il-Festa tal-Festi' għandha tipprovdi għarfien sħiħ ta' x'inhi verament il-festa Maltija, il-volontarjat li jmexxiha, kif titħejja, l-artiġjanat u t-tradizzjonijiet relatati magħha.

Is-Sur Cauchi spjega li din l-attività se tiftaħ il-Ġimgħa filgħodu b'attivitajiet edukattivi għat-tfal tal-primarja fil-Palazz Verdala. Bħala parti minn din l-attività, 40,000 student tal-primarja se jirċievu fuljett b'informazzjoni dwar il-festa tradizzjonali Maltija. Dan jinkludi fatti fuq il-festi, kalendarju tal-festi, taqbiliet, attivitajiet, u logħob bil-għan li jkattar l-għarfien dwar il-festa, il-banda u dak kollu marbut magħha fost it-tfal.

Il-Ġimgħa, 28 ta' April filgħaxija se ssir l-ikla tradizzjonali Maltija bis-sehem ta' komiċi u kantanti Maltin, imbagħad l-għada s-Sibt se jittella' kunċert mill-band popolari 'The Travellers'. 'Il-Festa tal-Festi' tiġi fi tmiemha l-Ħadd b'quddiesa u l-marċ il-kbir bis-sehem ta' diversi għaqdiet tal-banda.

Waqt it-tnedija tkellmu wkoll il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Justin Schembri u l-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Kultura u l-Arti Julie Zahra.

Il-biljetti jinkisbu minn mccf.store.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda ‘il-Festa tal-Festi’ bejn it-28 u t-30 ta’ April b’risq The Malta Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda ‘il-Festa tal-Festi’ bejn it-28 u t-30 ta’ April b’risq The Malta Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda ‘il-Festa tal-Festi’ bejn it-28 u t-30 ta’ April b’risq The Malta Community Chest Fund
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow