Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI

PR230526
Date Icon 13/04/2023

Inwettqu Flimkien: Il-gvern f'diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar il-pjan għal trasport pubbliku effiċjenti u l-mitigazzjoni tat-traffiku


Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali kompla b'serje ta' laqgħat mal-imsieħba ewlenin dwar l-effiċjenza tat-trasport pubbliku u l-mitigazzjoni tat-traffiku. Il-laqgħa tal-lum kienet mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, hekk kif dawn jilagħbu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-pjan tal-gvern.

Il-Ministru Aaron Farrugia spjega li permezz ta' dawn il-laqgħat bit-titlu 'Deċiżjoni b'direzzjoni: djalogu dwar trasport u mobilità', immexxija mill-konsulent u akkademiku l-Profs. Gordon Sammut, qed jiġu involuti l-partijiet interessati kollha biex tinkiseb il-bidla li tant hemm bżonn f'dan il-qasam. Huwa fisser li l-kunsilli lokali huma sieħeb importanti fl-implimentazzjoni tal-viżjoni tal-gvern hekk kif huma l-aktar li jafu l-bżonnijiet partikolari tal-lokalità tagħhom.

“Għaddejjin b'ħidma biex infissru u nispjegaw il-pjan tal-gvern lill-partijiet interessati kollha u biex minn dawn il-laqgħat noħorġu bi proposti tanġibbli u li jagħmlu sens. Lil hinn minn dibattitu partiġġan, dawn il-laqgħat qed iħejju bażi ta' diskussjoni b'saħħitha biex ikollna proposti li joffru s-soluzzjonijiet għall-isfidi li qed jiffaċċja l-pajjiż f'dan il-qasam," qal il-Ministru Farrugia.


Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li wieħed mill-irwoli importanti tal-kunsilli lokali huwa li jiżguraw li l-komunitajiet rispettivi tagħhom ikunu siguri, aċċessibbli u li joffru l-possibbiltà ta' trasport sostenibbli bħall-użu tar-roti, li jissodisfaw il-bżonnijiet tar-residenti u tan-negozji rispettivament. Hija spjegat li wieħed mill-punti li ġew diskussi fil-konsultazzjoni bi tħejjija għall-Viżjoni Strateġika tal-Gvern Lokali kien propju l-immaniġġjar tat-traffiku fl-ibliet u fl-irħula.

“Il-gvern kommess li b'ħidma kollettiva mal-kunsilli lokali u mal-entitajiet konċernati, nindirizzaw il-bżonnijiet tat-trasport u l-mobbiltà b'mezzi ġodda u sostenibbli, sabiex noħolqu ambjent aktar nadif u sigur filwaqt li nkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti," qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.


Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, saħaq dwar l-importanza li pajjiżna jimxi lejn mezzi ta' trasport alternattivi filwaqt li titnaqqas id-dipendenza fuq il-vettura privata. “Waħda minn diversi miżuri biex pajjiżna jkompli jnaqqas l-emissjonijiet aktar malajr hija l-użu tat-trasport pubbliku. Biex dan iseħħ irid ikollna infrastruttura tajba fl-ibliet u fl-irħula tagħna. Dan iħeġġeġ lir-residenti biex ibiddlu d-drawwiet tal-mobilità tagħhom. Il-kunsilli lokali jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-klima kif ukoll iżidu s-sostenibbiltà soċjali u ekonomika," qal is-Sur Fava.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow