Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aqwa Frar fl-istorja għall-industrija tat-turiżmu

PR230524
Date Icon 13/04/2023

Il-Ministeru għat-Turiżmu jilqa' b'sodisfazzjon iċ-ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika marbuta mal-wasliet turistiċi fi Frar ta' din is-sena fil-Gżejjer Maltin.

F'dan l-istess xahar, il-volumi, l-iljieli mqattgħin f'pajjiżna u n-nefqa turistika ssuperaw ir-riżultati miksuba fl-2019 meta mqabbel mal-istess perjodu. L-aħħar sena li Malta ma kinitx maħkuma minn restrizzjonijiet tal-COVID-19 qabel din is-sena.

In-numru ta' turisti li ġew f'pajjiżna matul Frar ta' din is-sena kien ta' 132,513 turist. Minn aspett ta' volumi ifisser żieda ta' 6% fuq l-istess perjodu tal-2019 meta dak iż-żmien ġew 125,198 turist.

In-numru ta' ljieli li qattgħu t-turisti f'pajjiżna matul dan l-istess xahar kien ta' 816,220 lejl, żieda ta' 5.4% fuq l-istess xahar tal-2019 meta f'dak il-perjodu pajjiżna rreġistra 774,589 lejl.

B'mod sinifikattiv, in-nefqa turistika matul dan l-istess perjodu telgħet b'mod sostanzjali għal €‎86,920,000, żieda ta' 22% meta mqabbla mal-€71,156,00 iġġenerati fl-2019.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka li dawn ir-riżultati jirriflettu l-ottimiżmu u l-fiduċja li hawn fis-settur tal-ospitalità.

“Dawn iċ-ċifri qegħdin juruna kemm il-kwantita u l-kwalità fit-turiżmu jistgħu jimxu id f'id flimkien. Ninsabu determinati biex inkomplu naħdmu sabiex verament nilħqu l-mira tagħna billi negħlbu l-istaġjonalità mis-settur turistiku Malti," qal il-Ministru Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aqwa Frar fl-istorja għall-industrija tat-turiżmu
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow