STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI
B'referenza għall-istqarrijiet dwar il-barklora, il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali kellu laqgħa formali mar-rappreżentanti tal-barklora fejn ġew diskussi diversi proposti u soluzzjonijiet.
Kemm soluzzjoni ta' natura temporanja li hi meħtieġa minħabba l-proġett tal-estensjoni ta' Pinto 4-5 iffinanzjat b'fondi Ewropej, li se jipprovdi wkoll il-faċilitajiet permanenti għad-dgħajjes tal-pass f'żona viċin ta' dak preżenti.
F'dawn il-laqgħat kien iddikjarat b'mod mill-iktar ċar kif m'hemm ebda intenzjoni li l-barklori jkunu mwarrba u tul din il-laqgħa kien miftiehem ukoll li d-diskussjonijiet iridu jkomplu.
Il-gvern hu impenjat li jsostni u jippreserva l-interessi kollha li jiddependu mix-xogħol fil-Port il-Kbir. Fl-istess ħin, li jkompli jieħu deċiżjonijiet għal iktar investimenti u proġetti kbar li jattiraw attività u li joħolqu x-xogħol fil-port tagħna għall-benefiċċju tal-ekonomija ta' pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938