Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Aktar laqgħat sabiex jiżdied il-kummerċ bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda

pr230519
Date Icon 12/04/2023

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg kompla biż-żjara uffiċjali tiegħu fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) permezz ta' bosta laqgħat u diskussjonijiet biex Malta u l-UAE jkunu jistgħu jkabbru l-koperazzjoni ekonomika tagħhom. Il-Ministru Ian Borg, matul il-jum tat-Tlieta, kellu laqgħa importanti mal-Ministru għall-Ekonomija Abdullah bin Touq Al Marri. Matul din il-laqgħa kien hemm qbil reċiproku dwar ħidma sabiex tiġi esplorata l-possibbiltà ta' aktar investimenti fl-industrija tas-servizzi u anke t-tisħiħ tal-ftehimiet fis-settur tal-avjazzjoni u l-konnettività, dan bil-għan li tkompli titkattar il-koperazzjoni ekonomika bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-Ministru Malti għall-Kummerċ kellu wkoll laqgħa importanti sabiex jiġu identifikati oqsma ġodda ta' investiment bejn Malta u Ras Al Khaimah, li huwa wieħed mis-seba' Emirati li jiffurmaw l-UAE. Il-Ministru Borg stqarr li dan l-Emirat huwa wieħed b'potenzjal ta' żvilupp qawwi fis-snin li ġejjin. Waqt laqgħa li kellu mal-Mexxej ta' Ras Al Khaimah, ix-Sheikh Saud Bin Saqr Al Qasimi, ġie diskuss dan il-potenzjal u anke oqsma ta' koperazzjoni fejn Malta tista' tagħti kontribut għall-viżjoni u l-iżvilupp ta' dan is-settur b'mod partikolari fl-industrija tas-servizzi. Il-Ministru Borg kellu laqgħa wkoll ma' Ahmed Ali Al Sayegh, il-Ministru tal-Istat fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-UAE. Matul din il-laqgħa b'mod partikolari komplew jiġu diskussi aktar fid-dettall kif jistgħu jkomplu jiġu msaħħa r-relazzjonijiet bilaterali tajbin li diġà jeżistu.

Id-delegazzjoni Maltija kellha żjara wkoll f'Masdar City, li hija ċentru tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll laqgħa mal-grupp Damac. Il-Ministru Borg żar ukoll l-Abrahamic Family House, fejn fl-istess sit wieħed isib Knisja Kattolika, Sinagoga u anke Moskea. Proġett li jissimbolizza u jkattar l-importanza tat-tolleranza.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Aktar laqgħat sabiex jiżdied il-kummerċ bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Aktar laqgħat sabiex jiżdied il-kummerċ bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Aktar laqgħat sabiex jiżdied il-kummerċ bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Aktar laqgħat sabiex jiżdied il-kummerċ bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow