Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Avveniment dwar l ispazju fl Esplora

PR230517
Date Icon 12/04/2023

Iċ‑Ċentru Interattiv tax‑Xjenza, l‑Esplora, fetaħ il‑bibien tiegħu għal 'Journey to Space',avveniment fejn l-Esplora ġie trasformat f'post b'affarijiet ekstra-terrestri: satelliti, astronawti, rovers lunari, shuttles spazjali u ħafna aktar. L‑attività qed tittella' bejn il‑11 u s‑16 t'April mill‑10am sal‑5pm.

Dawn id-dettalji tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn spjega li permezz ta' din l-attività qed ikomplu jżidu l‑għarfien dwar ix‑Xjenza, it‑Teknoloġija, l‑Inġinerija u l‑Matematika, magħrufa aħjar bħala l‑edukazzjoni STEM.

Dan l‑avveniment se jgħin ukoll biex iqarreb lis‑soċjetà max‑xjenza, fejn il‑viżitaturi se jkollhom l-opportunità jitkellmu ma' numru ta' riċerkaturi lokali li jaħdmu fix‑xjenza spazjali.

“Qed inkomplu ninvestu fl-edukazzjoni STEM bil-għan li nkomplu nkabbru l-għarfien u ninkoraġġixxu aktar tfal minn età żgħira jagħżlu dawn is-suġġetti. Il-Gvern kommess li jkompli jinvesti dejjem aktar fir-riċerka, b'mod partikolari fil-qasam spazjali biex b'hekk nirregolarizzaw is-settur," tenna s-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti, filwaqt li fakkar li bħalissa għaddejja ħidma għat-tfassil ta' liġi ġdida dwar l-attivitajiet spazjali.

Min-naħa tiegħu, iċ‑Chairman tal‑Kunsill Malti għax‑Xjenza u t‑Teknoloġija, Dr Tonio Portughese, qal, “Qed noffru din l‑opportunità lill‑viżitaturi tagħna, sabiex iqattgħu l‑vaganzi tal‑Għid tagħhom b'differenza billi jżuru l‑ispazju hawn fl‑Esplora. L‑għan hu li noħolqu memorji pożittivi dejjiema għall‑familji li jżuru l-Esplora, filwaqt li nesponuhom għad‑dinja tax‑xjenzi spazjali u nħeġġu l‑interessi tagħhom fil‑qasam tal‑iSTEM."

Il-Kap tal‑Esplora Olaf Mckay qal li permezz ta' dan l-avveniment qed ikomplu jżidu l-għarfien dwar opportunitajiet għar-riċerka spazjali f'Malta, biex isservi ta' ispirazzjoni għall‑ġenerazzjonijiet futuri ta' xjenzati. Huwa kompla li fl-Esplora impenjati li jkomplu juru li x‑xjenza tista' tkun divertenti u b'hekk jilħqu l‑għan aħħari li joħolqu kultura ta' kurżità xjentifika u kreattività.

Aktar dettalji jistgħu jinkisbu minn https://esplora.org.mt/journey‑to‑space/ jew bit-telefon fuq 23602300. Il‑biljetti jistgħu jinkisbu biss mal‑bieb.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Avveniment dwar l ispazju fl Esplora
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Avveniment dwar l ispazju fl Esplora
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Avveniment dwar l ispazju fl Esplora
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow