Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura ta’ xkupilja tas-snien tat-tfal: Mentadent Kids toothbrush 2-6 years

PR230515
Date Icon 12/04/2023

L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar is-sejħa lura tal-ixkupilja tas-snien tat-tfal Mentadent Kids toothbrush 2-6 years (EAN code 8000630057162) li l-manifattur qiegħed jagħmel volontarjament bħala miżura ta' prekawzjoni minħabba perikli. Il-manifattur qal li l-kappa ta' din l-ixkupilja tas-snien tista' potenzjalment tifga lit-tfal f'każ li din tinbela' aċċidentalment.

Minħabba f'hekk, l-MCCAA qed tieħu passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-manifattur qiegħed jirrakkomanda sabiex konsumaturi li xtraw dan il-prodott jiddisponu mill-kappa filwaqt li jistgħu jkomplu jużaw l-ixkupilja tas-snien. Il-konsumaturi jistgħu wkoll jirritornaw prodotti li huma affettwati b'din is-sejħa lura għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh, fejn dan hu obbligat li jirrimedja lill-konsumatur. Ir-rimedju jista' jieħu l-forma ta' sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b'wieħed sigur.

Għal kull mistoqsija jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR Sejħa lura ta’ xkupilja tas-snien tat-tfal: Mentadent Kids toothbrush 2-6 years
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow