Left arrow Mur Lura

AVVIŻ PUBBLIKU MAĦRUĠ MID-DIRETTUR ĠENERALI (AFFARIJIET TAL- KONSUMATUR) FI ĦDAN L-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

PR230509
Date Icon 11/04/2023

Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378), qiegħda toħroġ dan l-Avviż Pubbliku li bih qiegħda tidentifika u tgħarraf lill-pubbliku li l-kummercjant segwenti:

Jason ZammitID No 10174(G)

ma onorax żewġ deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.

Fl-ewwel każ, is-Sur Zammit ġie ordnat jirrifondi lill-konsumatur rikorrenti s-somma ta' elfejn u ħames mitt ewro (€2,500) li tirrappreżenta l-prezz ta' karozza mibjugħa lilu mill-istess rikorrent, liema somma qatt ma tħallset mill-intimat is-Sur Zammit.

Fit-tieni każ, is-Sur Zammit ġie ordnat iħallas lir-rikorrent konsumatur  is-somma ta' seba' mija u ħamsin ewro (€750) rappreżentanti depożitu li ħallas għal karozza. Il-vettura kellha bżonn xi tiswijiet u baqgħet fil-pussess tas-Sur Zammit, iżda qatt ma ġiet ritornata lill-konsumatur.

Fiż-żewġ deċiżjonijiet, il-kummerċjant intimat ġie ordnat iħallas ukoll l-ispejjeż tat-Tribunal.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow