Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iffirmar ta’ ftehimiet bejn il-Gvern Malti u l-Emirati Għarab Magħquda

PR230508
Date Icon 11/04/2023

Fl-Emirati Għarab Magħquda, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg iffirma numru ta' ftehimiet f'isem il-Gvern Malti sabiex ikun hemm aktar kooperazzjoni fis-settur marittimu, iż-żgħażagħ, il-kultura u l-isports. Dan sar waqt laqgħa bilaterali flimkien max-Sheikh Abdullah Bin Zayed Al Nahyan, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda (UAE).

F'din iż-żjara uffiċjali, il-Ministru Ian Borg qal li l-kooperazzjoni fis-settur marittimu, li huwa settur daqstant kruċjali għall-kummerċ bejn Malta u l-UAE kien wieħed essenzjali. Huwa qal li l-ħidma fir-rigward ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni mal-UAE f'dan il-qasam bdiet wara żjara li kien għamel fil-UAE fl-2021. Għaldaqstant huwa jilqa' l-qbil u l-iffirmar tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni f'dan il-qasam kif ukoll fejn jidħlu ż-żgħażagħ u l-isports.

“Din is-sena, iż-żewġ pajjiżi ser jiċċelebraw il-50 sena anniversarju mill-bidu tar-relazzjonijiet diplomatiċi u b'hekk dawn il-ftehimiet jirriaffermaw ir-relazzjoni bilaterali b'saħħitha li teżisti", qal il-Ministru Ian Borg.

Matul din il-laqgħa kienet diskussa wkoll il-ħidma ta' Malta u l-Emirati Għarab Magħquda fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, b'mod partikolari l-Presidenza Maltija tal-Kunsill fi Frar li għadda kif ukoll il-ħidma tal-UAE bi preparazzjoni għall-Presidenza tagħhom f'Ġunju 2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iffirmar ta’ ftehimiet bejn il-Gvern Malti u l-Emirati Għarab Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iffirmar ta’ ftehimiet bejn il-Gvern Malti u l-Emirati Għarab Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iffirmar ta’ ftehimiet bejn il-Gvern Malti u l-Emirati Għarab Magħquda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iffirmar ta’ ftehimiet bejn il-Gvern Malti u l-Emirati Għarab Magħquda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow