Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Aktar għarfien dwar it-tisħiħ tar-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri

PR230506
Date Icon 10/04/2023

Il-Kumitat Trobbija Pożittiva qed ikompli jifrex il-ħidma tiegħu fil-komunità biex isaħħaħ il-komunikazzjoni u r-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri tagħhom.

Fost l-inizjattivi li qed imexxu 'l quddiem hemm sensiela ta' laqgħat mal-ġenituri u t-tfal tagħhom, flimkien mal-Kummissarju għat-Tfal u l-kampanja 'besmartonline'. Dan sabiex iħeġġu lill-familji jikkomunikaw aktar b'mod effettiv u jagħrfu dawk li l-aktar huwa t'importanza bejn ir-relazzjoni tat-tfal u l-ġenituri. Fl-istess waqt jikber aktar l-għarfien biex tkun tista' tissaħħaħ l-politika nazzjonali tal-pajjiż dwar dan is-suġġett.

Dawn id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ntqal illi l-akbar tħassib tal-ġenituri huwa ż-żmien diffiċli tal-adoloxxenza, il-ħinijiet twal illi jqattgħu fuq il-mezzi soċjali u l-bżonn ta' aktar spazji li jistgħu jimirħu fihom, fost oħrajn.

Il-Kumitat qiegħed jaħdem ukoll ma' professjonisti tal-ġudikatura li jaħdmu mill-viċin ma' familji u t-tfal tagħhom. Fil-fatt, il-Kumitat organizza taħriġ speċjalizzat lill-membri tal-ġudikatura li jkollhom kuntatt dirett mat-tfal, speċjalment l-Avukati tat-tfal u Medjaturi. It-taħriġ qed jingħata b'kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Ġustizzja. Din hija wkoll wegħda elettorali oħra intiża biex issaħħaħ is-salvagwardji legali illi jilħqu l-interessi tat-tfal u taż-żewġ ġenituri, anke f'każijiet fejn iż-żewġ ġenituri ma jgħixux taħt l-istess saqaf.

Kunċetti oħra li qed imexxu 'l quddiem huma dak ta' shared parenting u ħidma biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' parental alienation.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Aktar għarfien dwar it-tisħiħ tar-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow