Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Ħidma kontinwa fil-qasam soċjo-kulturali ta’ pajjiżna

pr230505
Date Icon 10/04/2023

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imġarr ħabbru l-attività ta' 'Festa Frawli 2023' li tiċċelebra l-frotta tal-frawli li titkabbar fl-għelieqi tar-raħal pittoresk tal-Imġarr u tal-madwar. Din il-festa se ssir nhar il-Ħadd 16 ta' April, bejn l-għaxra ta' filgħodu u l-ħamsa ta' waranofsinhar, madwar il-lokalità tal-Imġarr stess. Din l-attività tittella' kull sena mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr, b'ta din is-sena tkun l-14-il edizzjoni. Din il-festa ilha ssir kull sena mis-sena 2007, minbarra sentejn konsekuttivi minħabba l-pandemija.

Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli faħħret lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr tal-ħidma tiegħu sabiex sena wara sena jibqgħu jorganizzaw din l-attività soċjo-kulturali li tattira kemm ir-residenti u kif ukoll it-turisti lokali. “L-irwol tal-Kunsill Lokali mhuwiex li jieħu ħsieb l-indafa fil-lokalità jew biex jagħmel manutenzjoni fi spazji miftuħa biss, għaldaqstant huwa ta' sodisfazzjoni li nara Kunsilli Lokali jsostnu elementi differenti mill-kultura u s-soċjetà tagħna, bħal prodott agrikolu Malti," saħqet is-Segretarju Parlamentari.

“Il-festa tal-frawli bdiet bħala esperiment wara li l-Kunsill Lokali għamel riċerki u sab li l-frotta tal-frawli kienet ilha titkabbar u tinbiegħ fl-Imġarr miż-żmien is-seklu ħmistax, għalhekk ħassejna li għandna nibdew din il-festa biex nippromwovu l-agrikoltura wiesgħa li joffri dan ir-raħal," spjega s-Sindku tal-Imġarr Paul Vella.

Waqt din il-festa ser ikun hemm diversi bankarelli jbiegħu kemm frawli u kif ukoll diversi prodotti tal-ikel magħmulin mill-frotta tal-frawli. Ser ikun hemm ukoll artisti lokali u koki professjonali jsajru riċetti bil-frawli. Nicole Muscat ta' sittax-il sena, bint bdiewa mill-Imġarr li jkabbru l-frawli, qalet li dakinhar tal-festa jkun ta' sodisfazzjoni għalina l-bdiewa li naraw in-nies jitpaxxew bil-prodott tagħna u jagħtuna l-kuraġġ biex inkomplu naħdmu u nkomplu nipproduċu prodotti lokali.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġet lil poplu Malti u Għawdxin sabiex jilqa' s-sejħa tal-Kunsill Lokali u jattendi għal din il-festa sabiex inkomplu nsaħħu l-aspett soċjo-kulturali fil-komunitajiet tagħna.

Għal aktar informazzjoni fuq l-attività, wieħed jista' jżur is-sit uffiċjali ta' Festa Frawli https://festafrawli.com/.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Ħidma kontinwa fil-qasam soċjo-kulturali ta’ pajjiżna
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Ħidma kontinwa fil-qasam soċjo-kulturali ta’ pajjiżna
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Ħidma kontinwa fil-qasam soċjo-kulturali ta’ pajjiżna
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Ħidma kontinwa fil-qasam soċjo-kulturali ta’ pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow