Left arrow Mur Lura

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jippreżenta ċertifikati fi tmiem taħriġ speċjalizzat dwar protokolli marbuta ma’ tfal

pr230501
Date Icon 06/04/2023

Il-Ministru Byron Camilleri kien preżenti fi tmiem kors ta’ taħriġ dwar protokolli marbuta ma’ tfal mifrux fuq erbat ijiem li ġie mogħti minn żewġ uffiċjali minn Thames Valley Police ta’ Londra. Għal dan it-taħriġ organizzat mill-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl flimkien mal-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit, attendew sittax-il parteċipant li kienu jinkludu membri tal-Pulizija tal-Vice Squad, l-Aġenzija għas-Sapport tal-Vittmi u social workers mit-taqsima tal-protezzjoni tat-tfal.

Matul il-jiem tat-taħriġ ġew diskussa diversi temi fosthom il-kriminalità fost tfal u żgħażagħ, ir-riskji involuti u t-tisħiħ tal-ħidma u kordinament bejn aġenziji differenti.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Camilleri faħħar din l-inizjattiva bejn il-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl u l-Kummissjoni Għolja tar-Renju Unit u stqarr kif koperazzjoni f’settur tant delikat huwa importanti ferm. 

Huwa sostna li f’każijiet ta’ kriminalità fost tfal u żgħażagħ huwa importanti li jintużaw l-aħjar prattiċi u tingħata kull għajnuna possibbli mill-istadji bikrin sabiex dawn il-persuni ma jispiċċawx jinqabdu fiċ-ċrieki usa’ ta’ kriminalità. Huwa ħeġġeġ biex taħriġ ta’ dan it-tip jibqa’ jsir għax kull min hu fis-settur irid jibqa’ jitgħallem u jaġġorna ruħu.

Fi tmiem il-kelmtejn tiegħu, il-Ministru Camilleri ppreżenta ċertifikat ta’ parteċipazzjoni lill-parteċipanti kollha. Preżenti għaċ-ċerimonja ta’ għeluq tat-taħriġ kien hemm id-Deputat Kummissarju Għoli Ingliż Tristan Gilchrist u George Busuttil, Chairperson tal-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl.

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jippreżenta ċertifikati fi tmiem taħriġ speċjalizzat dwar protokolli marbuta ma’ tfal
​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jippreżenta ċertifikati fi tmiem taħriġ speċjalizzat dwar protokolli marbuta ma’ tfal
​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Il-Ministru Byron Camilleri jippreżenta ċertifikati fi tmiem taħriġ speċjalizzat dwar protokolli marbuta ma’ tfal
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow