Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 142 membru tal-Forzi Armati jingħataw rikonoxximent għas-servizz twil u effiċjenti fl-Armata

pr230495
Date Icon 05/04/2023

142 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta ngħataw rikonoxximent għas-servizz twil u effiċjenti fl-Armata. F’ċerimonja li saret fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, flimkien mal-Kap Kmandant tal-Armata, il-Brigadier Clinton J O’Neill, taw diversi midalji lil dawk il-membri u l-eks membri tal-Armata li servew 18-il sena, 25 sena jew 30 sena servizz. 

F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru Camilleri qal li l-midalja li huma ngħataw hija biss simbolu tal-għarfien tas-sagrifiċċji li għamlu u li qegħdin jagħmlu fil-karriera tagħhom fl-Armata. Il-Ministru Camilleri żied jgħid li l-gvern qed jirrikonoxxi l-impenn, is-sagrifiċċju u d-dedikazzjoni tas-suldati u tal-membri tal-korpi dixxiplinati kollha. Qal li fil-fatt sar investiment ta’ aktar minn €15-il miljun fis-sena fuq medda ta’ ħames snin biex il-membri tal-Korpi Dixxiplinati jgawdu minn ftehimiet settorjali u kollettivi. Huwa qal li daqs għaxar snin ilu, is-suldati kienu minsija kemm fejn jidħol investiment u anke fis-salarji. 

“Daqs ġimagħtejn ilu komplejna bil-kullana ta’ investiment kontinwu fil-membri tal-korpi dixxiplinati. Bix-xieraq ingħatajtu dritt għal rappreżentanza trejdunjonistika li wara wassalna għall-ewwel ftehim kollettiv li tejjeb id-drittijiet u l-kundizzjonijiet tagħkom, filwaqt li fl-aħħar ġimgħat intlaħaq ftehim ieħor biex isir investiment ta’ aktar  minn €2 miljun fuq medda ta’ sentejn għal kumpens finanzjarju għall-extra-durties li tagħmlu”, temm jgħid il-Ministru Camilleri. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Kmandant Clinton J O’Neill qal li dan mhuwiex unur kollettiv imma unur li kull membru ħadem għalih u dawn is-snin ta’ servizz sawwarhom f’persuni aktar maturi u bla dubju mogħnija b’aktar għerf. 

“Meta toqogħdu taħsbu ftit, tafu li t-triq għal dan il-mument ma kinitx waħda faċli. Xogħolna huwa delikat u jirrikjedi determinazzjoni, dedikazzjoni u sagrifiċċji sabiex jitwettaq b’mod effiċjenti. Għandkom tabilħaqq tħossukom sodisfatti b’dak li rnexxielkom tiksbu. Din il-midalja ma jilbishiex kulħadd”, temm jgħid il-Brigadier Clinton J O’Neill.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 142 membru tal-Forzi Armati jingħataw rikonoxximent għas-servizz twil u effiċjenti fl-Armata
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 142 membru tal-Forzi Armati jingħataw rikonoxximent għas-servizz twil u effiċjenti fl-Armata
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 142 membru tal-Forzi Armati jingħataw rikonoxximent għas-servizz twil u effiċjenti fl-Armata
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 142 membru tal-Forzi Armati jingħataw rikonoxximent għas-servizz twil u effiċjenti fl-Armata
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow