Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Il-prodott lokali viċin il-konsumatur

pr230490
Date Icon 04/04/2023

Il-Farmers' Market mill-ġdid fin-naħa t'isfel ta' Malta

Mill-15 ta' April 2023 se jiġi estiż il-kunċett ta' Farmers' Market fil-Birgu, sabiex il-prodotti agrikoli tal-bdiewa Maltin u Għawdxin jitwasslu aktar qrib in-nies fl-irħula tagħna.

Dan tħabbar f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli.

Il-Ministru Refalo qal li l-gvern huwa kommess li jkompli jinvesti fis-swieq tal-bdiewa billi joffri esperjenza aħjar lill-konsumatur u lil viżitaturi tal-Farmers' Market u stqarr li “Minħabba l-fatt li s-suq li preżentament isir f'Ta Qali' jintlaqa' b'mod tajjeb kemm mill-bdiewa li jbiegħu prodotti lokali u anka mill-konsumatur, issa ser inkunu qegħdin nestendu dan il-Farmers' Market f'diversi lokalitajiet oħra, sabiex il-prodott lokali ikun viċin aktar tal-poplu Malti u Għawdxi."

Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli faħħret din l-inizjattiva u qalet li huwa ta' sodisfazzjon li tara l-kunsilli lokali jagħtu l-kontribut tagħhom favur is-sostenn ta' prodotti lokali. “L-għan ta' dawn is-swieq huwa li jippromwovu agrikoltura sostenibbli, isostnu lill-bdiewa lokali u jipprovdu ikel frisk lill-komunitajiet, għaldaqstant is-segretarjat għall-gvern lokali jħares 'il quddiem għal aktar kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Maltija għall-Ikel u l-kunsilli lokali."

Dan seta' jsir wara ħidma mis-sezzjoni ta' Sorveljanza fi ħdan l-Aġenzija Maltija għall-Ikel, li ta' kuljum taħdem qatigħ sabiex issaħħaħ il-prodott lokali b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Birgu.

Il-Ministru Refalo, temm jgħid li “L-għan tas-swieq tal-bdiewa, huwa li joħloq spazju fejn il-bidwi, ir-raħħal u l-produttur ta' prodotti agrikoli lokali jbigħ dirett lill-konsumatur u lill-familji l-prodotti tiegħu, u b'hekk jiġi ġġenerat qligħ xieraq u ġust lill-produttur u prezz tajjeb lill-konsumatur. Bħal dejjem bħala ministeru, kommessi li nkomplu naraw li jkollna aktar investimenti fis-swieq tal-bdiewa billi noffru esperjenza aħjar lill-konsumatur u lill-viżitaturi ta' kull Farmers' Market."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Il-prodott lokali viċin il-konsumatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Il-prodott lokali viċin il-konsumatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Il-prodott lokali viċin il-konsumatur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow