Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

PR230489
Date Icon 04/04/2023

Il-Gvern ta' Malta ressaq rikors quddiem il-Qorti biex l-appell li għamlet Steward Malta fil-kawża b'rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet jinstema' b'urġenza fl-interess pubbliku u fl-interess nazzjonali.

Filwaqt li l-Gvern ta' Malta m'appellax mis-sentenza ta' nhar l-24 ta' Frar 2023, mogħtija mill-Imħallef Francesco Depasquale fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, huwa wieġeb għar-rikorsi tas-soċjetajiet Steward, fejn b'kollox tressqu għaxar atti ġudizzjarji.

Fir-risposti tiegħu l-Gvern oppona għat-talba ta' Steward li jitressqu provi u dokumenti ġodda, u f'każ li l-Qorti tilqa' din it-talba li jitressqu dokumenti ġodda, żamm id-dritt li ikun f'pożizzjoni li jwieġeb għalihom, anke billi jressaq talba biex jippreżenta dokumenti li ma kinux disponibbli (lanqas kienu jeżistu) qabel l-għoti tas-sentenza. Dan peress li kien hemm żviluppi wara l-għoti tas-sentenza.

Il-Gvern Malti oppona wkoll għat-talba tas-soċjetajiet Steward, li qegħdin jitolbu li l-Qorti tal-Appell Superjuri Sede Ċivili tirreferi l-każ quddiem il-Qrati Ewropej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow