Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 50 student ippreżentat b’ċertifikat tal-Isport Career Development Programme

pr230488
Date Icon 04/04/2023

F’ċerimonja preseduta mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, 50 student minn seba’ skejjel sekondarji tal-Istat kienu ppreżentati biċ-ċertifikat tal-Isport Career Development Programme fil-livell MQF 2 jew 3 wara ħames snin ta’ ħidma kontinwa.

L-Isport Career Development Programme (SCDP) tnieda ħames snin ilu bl-iskop li jagħti aktar importanza lill-isport fl-iskejjel filwaqt li jiftaħ aktar opportunitajiet għal dawn l-istudenti li jixtiequ jimirħu f’dan il-qasam.

“Qed nagħtu importanza kbira lill-isport fl-iskejjel tagħna, għaliex irridu nagħtu l-opportunitajiet kollha possibbli lil kull student u studenta biex jilħqu l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tagħhom, anki fl-isport,” qal il-Ministru Grima. Huwa feraħ lill-istudenti kollha li ngħataw iċ-ċertifikat u awguralhom iktar suċċessi kemm f’karriera sportiva u wkoll f’dik akkademika.

Wara li ntlaħaq ftehim mal-istituzzjonijiet rispettivi, studenti li jottjenu Ċertifikat Akkreditat MQF f’livell 3 jistgħu jippreżentawh biex ikomplu l-istudji tagħhom f’livell post sekondarju jiġifieri fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), fl-Istitut tal-Istudji fit-Turiżmu (ITS), Giovanni Curmi Higher Secondary School, GEM 16+, il-Kulleġġ De La Salle u Sir M. A. Refalo Sixth Form f’Għawdex. Bħalissa, hemm iktar diskussjonijiet għaddejjin biex istituzzjonijiet oħra post-sekondarji jsegwu l-istess rotta.

Attwalment is-suġġett huwa offrut f’għoxrin skola medja u sekondarja tal-Istat u jinkludi l-ispeċjalizzazzjoni fl-atletika, il-basketball, il-football l-għawm, il-ġinnastika, il-hockey, il-judo, l-isprar permezz ta’ simulatur, u ż-żfin. Apparti dan l-istudenti jingħataw taħriġ f’diversi oqsma sportivi oħra fosthom First Aid, Sports Media, Sports Photography, Anti-Doping Education u n-Nutrizzjoni fost oħrajn. Dan kollu jsir b’mod prattiku. a

Madwar elf student f’Malta u Għawdex isegwu dan il-programm.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 50 student ippreżentat b’ċertifikat tal-Isport Career Development Programme
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 50 student ippreżentat b’ċertifikat tal-Isport Career Development Programme
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow