AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba possibbiltà' ta' kontaminazzjoni bl-Aflatossini.
L-aflatossini huma prodotti primarjament minn żewġ speċi tal-fungu 'Aspergillus' li jinsabu speċjalment f'żoni bi klimi sħan u umdi. Dawn jinstabu fl-ikel bħala riżultat ta' kontaminazzjoni mill-fungi, kemm qabel kif ukoll wara l-ħsad. It-temperatura, l-umdità, il-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-ħażna kollha jaffettwaw ir-rata u l-grad ta' kontaminazzjoni. L-aflatossini jistgħu jikkawżaw varjetà ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.
Deskrizzjoni tal-prodott: Popcorn Organiku
Ditta: true natural goodness
Data tad-durabbiltà: Id-dati kollha bid-data tad-durabbiltà minn 31/01/2024 sa 16/02/2024 u minn 07/03/2024 sa 28/03/2024.
Użin: 500g
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en