Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr230472
Date Icon 30/03/2023

“Wieħed għandu jagħraf ukoll l-importanza li tkun membru tal-Korp hekk kif mingħajr l-operat tagħhom, il-ġustizzja ma tistax titwettaq hekk kif f'diversi ċirkostanzi, l-ewwel pass dejjem irid issir mill-forzi tal-ordni"

27 reklut tal-pulizija żaru l-parlament fejn ġew milqugħa mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.

Waqt l-indirizz tiegħu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia spjega kif jiffunzjona l-parlament u l-proċess leġiżlattiv u rrefera għax-xogħol li jsir fil-parlament fosthom fil-kumitati parlamentari u l-importanza tal-irwol tal-membru parlamentari li jiskrutinizza l-operat tal-gvern għall-ġid komuni u għat-tisħiħ tad-demokrazija.

L-Ispeaker Farrugia qal li hu wkoll serva bħala fizzjal għoli fil-Korp tal-Pulizija u saħaq li hu importanti li kull kadett ikun jaf sew il-liġijiet mhux biss għal skop ta' studju iżda biex iservi bl-aqwa mod liċ-ċittadin f'kwalunkwe sitwazzjoni. Qal li wieħed għandu jagħraf ukoll l-importanza li tkun membru tal-korp hekk kif mingħajr l-operat tagħhom, il-ġustizzja ma tistax titwettaq hekk kif f'diversi ċirkostanzi, l-ewwel pass dejjem irid issir mill-forzi tal-ordni.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia awgura liż-żgħażagħ li se jibdew il-karriera tagħhom fil-Korp tal-Pulizija.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow