STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
“Wieħed għandu jagħraf ukoll l-importanza li tkun membru tal-Korp hekk kif mingħajr l-operat tagħhom, il-ġustizzja ma tistax titwettaq hekk kif f'diversi ċirkostanzi, l-ewwel pass dejjem irid issir mill-forzi tal-ordni"
27 reklut tal-pulizija żaru l-parlament fejn ġew milqugħa mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.
Waqt l-indirizz tiegħu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia spjega kif jiffunzjona l-parlament u l-proċess leġiżlattiv u rrefera għax-xogħol li jsir fil-parlament fosthom fil-kumitati parlamentari u l-importanza tal-irwol tal-membru parlamentari li jiskrutinizza l-operat tal-gvern għall-ġid komuni u għat-tisħiħ tad-demokrazija.
L-Ispeaker Farrugia qal li hu wkoll serva bħala fizzjal għoli fil-Korp tal-Pulizija u saħaq li hu importanti li kull kadett ikun jaf sew il-liġijiet mhux biss għal skop ta' studju iżda biex iservi bl-aqwa mod liċ-ċittadin f'kwalunkwe sitwazzjoni. Qal li wieħed għandu jagħraf ukoll l-importanza li tkun membru tal-korp hekk kif mingħajr l-operat tagħhom, il-ġustizzja ma tistax titwettaq hekk kif f'diversi ċirkostanzi, l-ewwel pass dejjem irid issir mill-forzi tal-ordni.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia awgura liż-żgħażagħ li se jibdew il-karriera tagħhom fil-Korp tal-Pulizija.
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en