Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Imħabbra prattiċi moderni tax-xogħol għas-Servizz Pubbliku

pr230471
Date Icon 30/03/2023

Is-Servizz Pubbliku se jsaħħaħ u jintroduċi prattiċi moderni tax-xogħol li jassiguraw sostenibbiltà, flessibbiltà u effiċjenza.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ħabbar li, wara konsultazzjoni wiesgħa ma' uffiċjali fit-tmexxija u unions, il-prattiċi ta' Reduced Hours, Flexitime, Flexi-week u Remote Working se jissaħħu b'mod strutturat.

Is-sistema tar-Reduced Hours ġiet emendata għal aktar flessibbiltà, b'tali mod li uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw li jaħdmu sigħat imnaqqsa, mingħajr ħtieġa ta' kriterji ta' eleġibbiltà, fejn ix-xogħol u l-prijoritajiet jippermettu.

Se tiddaħħal il-prattika ta' Flexitime, li permezz tagħha uffiċjali pubbliċi jistgħu jitolbu li jirranġaw il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom, sa sagħtejn qabel jew wara l-ħinijiet stabbiliti.

Is-Servizz Pubbliku se jadotta wkoll il-kunċett ta' Flexi-Week. Permezz tiegħu, uffiċjali pubbliċi jistgħu jitolbu li jqassmu l-40 siegħa ta' xogħol fuq erba' jew sitt ijiem fil-ġimgħa.

Ir-Remote Working qed jiġi strutturat fejn uffiċjali pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn kwalunkwe sigħat ta' xogħol remot fuq kriterji family-friendly. Dan se jassorbi l-arranġamenti eżistenti tat-Telework. Sa 20% tas-sigħat tax-xogħol jistgħu jintalbu li jinħadmu b'mod remot mingħajr ħtieġa ta' eleġibbiltà.

Dan it-tibdil jidħol fis-seħħ mit-3 ta' April 2023 b'perjodu ta' tranżizzjoni sal-15 ta' Ġunju 2023. Din hi l-ewwel fażi tal-proċess ta' modernizzar tas-Servizz Pubbliku.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal li b'dan it-tibdil, is-Servizz Pubbliku qed jagħti lill-uffiċjal pubbliku aktar flessibbiltà b'inqas burokrazija, b'mod kontabbli, strutturat u effiċjenti. B'hekk isir aktar model employer, bl-aktar prattiċi relevanti li jwasslu għal bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol f'pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

More Press Releases Right arrow