Left arrow Mur Lura

JUM IL-ĦELSIEN - IL-ĠIMGĦA, 31 TA’ MARZU 2023

PR230470
Date Icon 30/03/2023

Jum il-Ħelsien ifakkar il-ġurnata li Malta kisbet il-ħelsien u mmarkat l-għeluq tal-bażi militari Ingliża. Fil-31 ta' Marzu 1979, telqu l-aħħar bastimenti Ingliżi minn pajjiżna u Malta ma baqgħetx tintuża bħala bażi militari Ingliża. Fl-okkażjoni tal-44 sena anniversarju ta' Jum il-Ħelsien, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, qed jorganizza programm ta' attivitajiet sabiex jiġi mfakkar dan il-jum.

Il-Ġimgħa, 31 ta' Marzu 2023, Jum il-Ħelsien, fid-9:30 ta' filgħodu, jibda marċ mill-Banda tal-Forzi Armati minn Pjazza Gavino Gulia u jgħaddi minn Triq ix-Xatt ta' Bormla. Wara jkompli għaddej minn Triq San Lawrenz fil-Birgu, u jibqa' sejjer sal-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu.

Għal din iċ-ċerimonja, permezz tal-Banda tal-Forzi Armati flimkien mal-Gwardja tal-Unur, jilqgħu lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President ta' Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Iċ-ċerimonja fuq l-Għolja tal-Ħelsien tibda fl-10:00 ta' filgħodu fejn il-President jingħata s-salut nazzjonali. Wara, l-ogħla awtoritajiet flimkien jitilgħu l-Għolja tal-Ħelsien fejn il-Banda tal-Forzi Armati teżegwixxi l-Innu tal-Ħelsien. Wara tindaqq il-fanfarra u jitpoġġew il-fjuri mal-monument. Iċ-ċerimonja tiġi fi tmiemha bid-daqq tal-innu nazzjonali.

Fin-12:30 ta' waranofsinhar ser issir ir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bil-għajnuna ta' SportMalta, fejn ser ikun hemm diversi tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-shield lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija Open u oħra fil-Kategorija Reserves. F'din l-edizzjoni tar-regatta se ssir ukoll tiġrija tal-frejgatini għall-qaddiefa nisa fejn ir-rebbieħa tat-tiġrija jiġu wkoll preżentati b'shield apposta. Ir-regatta se tixxandar b'mod dirett fuq TVM Sports +.

Is-Sibt 1 ta' April 2023, fl-10:30 ta' filgħodu ser issir parata mill-Banda tal-Forzi Armati tul Triq ir-Repubblika u tintemm fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

Aktar Stqarrijiet Right arrow